Rapport dwar is-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi [2013/2040(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Edite Estrela (A7-0306/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Interventi
Alexander Graf Lambsdorff, dwar l-indikazzjonijiet ta' vot li ċċirkolaw fl-emiċiklu, u Crescenzio Rivellini, li evoka l-libertà ta' vot ta' kull Membru.
Ashley Fox, li talab li l-President jitlob lill-kumitat responsabbli jerġa' jeżamina l-fajl, skont l-Artikolu 162 tar-Regoli ta' Proċedura (il-President ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li l-President tal-Parlament iddeċieda li l-votazzjoni fil-plenarja setgħet isseħħ), Sergio Paolo Francesco Silvestris, Bruno Gollnisch u Elmar Brok, dwar tali talba.
Ashley Fox f'isem il-Grupp ECR, li talab ir-riferiment lura lill-kumitat, skont l-Artikolu 175(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Martin Callanan u Hannes Swoboda, dwar tali talba.