Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 22 ta' Ottubru 2013 - Strasburgu

20. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet

Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat tar-Reġjuni informa lill-Parlament Ewropew dwar it-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet INF 1/2013, INF 2/2013 u INF 3/2013.

Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna informa lill-Parlament Ewropew dwar it-trasferiment ta' approprjazzjonijiet Nru 1/2013.

Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Parlament Ewropew dwar l-approvazzjoni tat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 22/2013.

Skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposti għat-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea DEC 22/2013 (N7-0081/2013 - C7-0284/2013 – 2013/2207(GBD)) u DEC 27/2013 (N7-0080/2013 - C7-0270/2013 - 2013/2193(GBD)).

Skont l-Artikolu 50 tar-Regolament Finanzjarju, il-Qorti tal-Awdituri informat lill-Parlament Ewropew dwar modifika tal-organigramma 2013 (karigi ta' kontroll).

Avviż legali - Politika tal-privatezza