Il-President għarrfet li l-Kumitat BUDG ilbieraħ adotta r-rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2013 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni (14870/2013 – C7-0378/2013 – 2013/2151(BUD)) - Rapporteur: Giovanni La Via (A7-0347/2013)
Ipproponiet li tali rapport jiddaħħal fil-ħin tal-votazzjonijiet tal-Ħamis 24 ta' Ottubru 2013, bl-iskadenzi segwenti:
Skadenza għat-tressiq tal-emendi: illum l-Erbgħa 23 ta' Ottubru 2013, 12.00
votazzjoni: għada l-Ħamis 24 ta' Ottubru 2013, 12.00.
Interventi ta': Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, li oppona din il-proposta, u talab li tiġi konvokata seduta plenarja straordinarja fil-bidu ta' Novembru bil-għan li l-Parlament ikun jista' jivvota abbażi tal-konoxxenza sħiħa tal-intenzjonijiet tal-Kunsill fir-rigward tal-abbozzi ta' baġit emendatorju Nri 6/2013 u 8/2013, Hannes Swoboda f'isem il-Grupp S&D, li talab kjarifika min-naħa tal-Kunsill qabel il-votazzjoni, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, talab li l-Presidenza fil-kariga tal-Kunsill tifformula sa mhux aktar tard mill-Ħamis dikjarazzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2013, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, li talbet garanziji min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, u Alain Lamassoure (President tal-Kumitat BUDG).
Interventi ta': José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni), Vytautas Leškevičius (President fil-kariga tal-Kunsill), Guy Verhofstadt u Daniel Cohn-Bendit.
Il-Parlament approva sussegwentement il-fatt li jiddaħħal fl-aġenda dibattitu dwar il-kwistjoni.
3. Atti delegati (Artikolu 87a tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:
- Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2013)06284 – 2013/2863(DEA))
irreferut responsabbli: BUDG, CONT
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-30 ta' Settembru 2013.
- Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2013)06287 – 2013/2864(DEA))
irreferut responsabbli: BUDG, CONT
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-30 ta' Settembru 2013.
- Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni li temenda għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-AnnessIV tad-Direttiva2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb fl-istann, il-kisjiet tat-terminazzjoni tal-komponenti elettriċi u elettroniċi u kisjiet tal-unitajiet ta' ċirkwit stampati, il-konnessjonijiet tal-wajers elettriċi, ilqugħ u konnetturi magħluqa li jintużaw a) f'kampi manjetiċi fl-isfera ta' raġġ ta' 1m madwar l-isoċentru tal-kalamita fit-tagħmir mediku tal-produzzjoni tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, inklużi l-monitors tal-pazjenti mfasslin biex jintużaw f'din l-isfera, jew b) fil-kampi manjetiċi inqas minn 1m distanza mill-uċuħ esterni tal-kalamiti ċiklotroniċi, il-kalamiti għat-trasport tar-raġġi jew għall-kontroll tad-direzzjoni tar-raġġi applikati għat-terapija tal-partikoli (C(2013)06763 – 2013/2918(DEA))
irreferut responsabbli: ENVI
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2013.
- Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea fir-rigward tal-elenku tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni (C(2013)06766 – 2013/2889(DEA))
irreferut responsabbli: ITRE
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-14 ta' Ottubru 2013.
- Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb bħala element ta' liga għal berings u uċuħ li jittieklu fit-tagħmir mediku espost għar-radjazzjoni jonizzanti (C(2013)06782 – 2013/2904(DEA))
irreferut responsabbli: ENVI
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2013.
- Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal kadmju fil-kisjiet tal-fosfru f’intensifikaturi tal-immaġni għal ritratti bir-raġġi X sal-31 ta’ Diċembru 2019 u fil-parts ta' sostituzzjoni għas-sistemi tar-raġġi X imqiegħda fis-suq tal-UE qabel l-1 ta’ Jannar 2020 (C(2013)06785 – 2013/2901(DEA))
irreferut responsabbli: ENVI
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2013.
- Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-aċetat taċ-ċomb għall-użu bħala markatur fil-head-frames stereotattiċi għall-użu fis-CT (Computed Tomography) u fl-MRI u fis-sistemi ta' pożizzjonament għat-tagħmir tat-terapija bir-raġġi gamma u t-terapija bil-partikoli (C(2013)06794 – 2013/2903(DEA))
irreferut responsabbli: ENVI
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2013.
- Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-AnnessIV tad-Direttiva2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb li jippermetti konnessjonijiet ermetiċi bejn l-aluminju u l-azzar fl-intensifikaturi tal-immaġnijiet tar-raġġi X (C(2013)06797 – 2013/2917(DEA))
irreferut responsabbli: ENVI
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2013.
- Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb fl-istann ta' unitajiet ta' ċirkwit stampati, kisjiet tat-terminazzjoni tal-komponenti elettriċi u elettroniċi u kisjiet tal-unitajiet ta' ċirkwit stampati, stann għall-wajers u l-kejbils ta' konnessjoni, stann għall-konnessjoni ta' transdjusers u sensers reżistenti għall-użu f'temperaturi inqas minn -20°C f'kundizzjonijiet normali ta' tħaddim u ħżin (C(2013)06798 – 2013/2905(DEA))
irreferut responsabbli: ENVI
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2013.
- Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb fil-kisi tal-uċuħ tas-sistemi tal-konnetturi bil-pinnijiet li jirrikjedu konnetturi mhux manjetiċi reżistenti għall-użu f'temperaturi inqas minn -20°C f'kundizzjonijiet normal ta' tħaddim u ħżin (C(2013)06803 – 2013/2907(DEA))
irreferut responsabbli: ENVI
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2013.
- Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb fl-istann għall-immuntar tad-ditekters diġitali tat-tellurur tal-kadmju u tat-tellurur tal-kadmju u ż-żingu mal-bordijiet taċ-ċirkwit stampati (C(2013)06808 – 2013/2902(DEA))
irreferut responsabbli: ENVI
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2013.
- Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb u kadmju fir-rabtiet metalliċi li joħolqu ċirkuwiti manjetiċi superkonduttivi fid-ditekters MRI, SQUID, NMR (Nuclear Magnetic Resonance) jew FTMS (Fourier Transform Mass Spectrometer) (C(2013)06810 – 2013/2912(DEA))
irreferut responsabbli: ENVI
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2013.
- Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb fil-ligi, bħala superkunduttur jew kunduttur termali, użat fil-cold heads tar-refriġeraturi krijoġeniċi u/jew fis-sondi kesħin imkessħin b'mod krijoġeniku u/jew fis-sistemi ta' rbit ekwipotenzjali mkessħin b'mod krijoġeniku, f'tagħmir mediku (kategorija 8) u/jew fi strumenti industrijali ta' monitoraġġ u kontroll (C(2013)06813 – 2013/2908(DEA))
irreferut responsabbli: ENVI
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2013.
- Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-AnnessIV tad-Direttiva2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal kromju eżavalenti fid-dispensaturi tal-alkali użati għall-ħolqien tal-fotokatodi fl-intensifikaturi tal-immaġnijiet bir-raġġi X sal-31ta'Diċembru2019 u fil-parts ta' sostituzzjoni għas-sistemi bir-raġġi X imqiegħda fis-suq tal-UE qabel l-1ta'Jannar2020 (C(2013)06814 – 2013/2906(DEA))
irreferut responsabbli: ENVI
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2013.
- Direttiva ta’ delega tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb fi stann fuq bordijiet ta' ċirkwiti stampati tad-ditekters u l-unitajiet tal-akkwist tad-dejta għal Tomografi tal-Emissjoni tal-Pożitroni li jkunu integrati f'tagħmir tar-Ritratti bir-Reżonanza Manjetika (C(2013)06832 – 2013/2909(DEA))
irreferut responsabbli: ENVI
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2013.
- Direttiva ta’ delega tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb fi stann fuq bordijiet taċ-ċirkwiti stampati popolati użati f'tagħmir mediku mobbli tal-klassi IIa u IIb tad-Direttiva 93/42/KEE minbarra d-difibrillaturi tal-emerġenza li jinġarru fl-idejn (C(2013)06835 – 2013/2910(DEA))
irreferut responsabbli: ENVI
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2013.
- Direttiva ta’ delega tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal 3,5 mg ta' merkurju għal kull bozza f'bozoz fluworexxenti kompatti b'kappa waħda għal skopijiet ta' illuminazzjoni ġenerali < 30 W b'ħajja ta' 20 000 siegħa jew iktar (C(2013)06837 – 2013/2911(DEA))
irreferut responsabbli: ENVI
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2013.
- Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb, kadmju u kromju eżavalenti fil-parts ta' sostituzzjoni użati mill-ġdid, irkuprati minn tagħmir mediku mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2014 u użat f'tagħmir tal-kategorija 8 mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2021, bil-kundizzjoni li dan l-użu mill-ġdid iseħħ f'sistemi ta’ rkupru bejn negozji b’ċiklu magħluq u verifikabbli, u li l-użu mill-ġdid tal-partijiet jiġi nnotifikat lill-konsumatur (C(2013)06838 – 2013/2913(DEA))
irreferut responsabbli: ENVI
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2013.
- Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti tal-bozoz bi skariku elettriku meta jintużaw għal bozoz tal-fotofereżi extrakorporea li fihom il-fosfori BSP (BaSi2O5:Pb) (C(2013)06840 – 2013/2914(DEA))
irreferut responsabbli: ENVI
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ottubru 2013.
4. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) (D028215/02 - 2013/2919(RPS) - skadenza: 22/01/2014) irreferut responsabbli: IMCO
- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda l-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (D028287/03 - 2013/2898(RPS) - skadenza: 17/01/2014) irreferut responsabbli: ENVI
- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda l-Annessi I, II u III tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati (D028294/03 - 2013/2897(RPS) - skadenza: 17/01/2014) irreferut responsabbli: IMCO
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ħmira arrikkita bil-kromu użata għall-manifattura ta' supplimenti tal-ikel, u l-lattat tal-kromu (III) triidrat miżjud mal-ikel (D029366/02 - 2013/2920(RPS) - skadenza: 23/01/2014) irreferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (D029440/02 - 2013/2899(RPS) - skadenza: 18/01/2014) irreferut responsabbli: ENVI (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: AGRI (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż (D029442/02 - 2013/2900(RPS) - skadenza: 19/01/2014) irreferut responsabbli: ENVI (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: AGRI (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti tal-applikazzjonijiet għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti (D029710/01 - 2013/2922(RPS) - skadenza: 23/11/2013) irreferut responsabbli: IMCO
5. Flussi migratorji fil-Baħar Mediterran, b'attenzjoni partikolari għall-avvenimenti traġiċi viċin Lampedusa (mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Flussi migratorji fil-Baħar Mediterran, b'attenzjoni partikolari għall-avvenimenti traġiċi viċin Lampedusa (2013/2827(RSP))
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Salvatore Iacolino, Véronique Mathieu Houillon, Manfred Weber, Roberta Angelilli, Ivo Belet, Marco Scurria u Hubert Pirker f'isem il-Grupp PPE, dwar il-flussi migratorji fil-Mediterran, b'attenzjoni partikolari għall-ġrajjiet traġiċi ftit 'il barra minn Lampedusa (2013/2827(RSP)) (B7-0474/2013);
- Jan Mulder f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-flussi migratorji fil-Mediterran, b'attenzjoni partikolari għall-ġrajjiet traġiċi ftit 'il barra minn Lampedusa (2013/2827(RSP)) (B7-0475/2013);
- Juan Fernando López Aguilar, Sylvie Guillaume, Claude Moraes u Rita Borsellino f'isem il-Grupp S&D, dwar il-flussi migratorji fil-Mediterran, b'attenzjoni partikolari għall-ġrajjiet traġiċi ftit 'il barra minn Lampedusa (2013/2827(RSP)) (B7-0476/2013);
- Lorenzo Fontana, Mara Bizzotto u Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFD, dwar il-flussi migratorji fil-Mediterran, b'attenzjoni partikolari għall-ġrajjiet traġiċi ftit 'il barra minn Lampedusa (2013/2827(RSP)) (B7-0477/2013);
- Timothy Kirkhope, Susy De Martini u Cristiana Muscardini f'isem il-Grupp ECR, dwar il-flussi migratorji fil-Mediterran, b'attenzjoni partikolari għall-ġrajjiet traġiċi ftit 'il barra minn Lampedusa (2013/2827(RSP)) (B7-0478/2013);
- Marie-Christine Vergiat, Patrick Le Hyaric, Cornelia Ernst, Alda Sousa u Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-flussi migratorji fil-Mediterran, b'attenzjoni partikolari għall-ġrajjiet traġiċi ftit 'il barra minn Lampedusa (2013/2827(RSP)) (B7-0479/2013);
- Daniel Cohn-Bendit, Hélène Flautre, Franziska Keller, Jean Lambert, Judith Sargentini, Jean-Jacob Bicep u Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-flussi migratorji fil-Mediterran, b'attenzjoni partikolari għall-ġrajjiet traġiċi ftit 'il barra minn Lampedusa (2013/2827(RSP)) (B7-0480/2013).
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Axel Voss, Manfred Weber, Véronique Mathieu Houillon, Salvatore Iacolino u Hubert Pirker f'isem il-Grupp PPE, dwar is-sospensjoni tal-ftehim SWIFT b'riżultat tas-sorveljanza mill-NSA( 2013/2831(RSP)) (B7-0467/2013);
- Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes u Birgit Sippel f'isem il-Grupp S&D, dwar is-sospensjoni tal-ftehim SWIFT b'riżultat tas-sorveljanza mill-NSA 2013/2831(RSP) (B7-0468/2013);
- Jan Philipp Albrecht f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar is-sospensjoni tal-ftehim SWIFT b'riżultat tas-sorveljanza mill-NSA (2013/2831(RSP)) (B7-0471/2013);
- Alexander Alvaro, Sophia in 't Veld, Renate Weber, Gianni Vattimo u Marielle de Sarnez f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sospensjoni tal-ftehim SWIFT b'riżultat tas-sorveljanza mill-NSA (2013/2831(RSP)) (B7-0472/2013);
- Kyriacos Triantaphyllides, Cornelia Ernst, Willy Meyer, Marie-Christine Vergiat, Patrick Le Hyaric, Nikolaos Chountis, Jacky Hénin, Jean-Luc Mélenchon u Younous Omarjee f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-sospensjoni tal-ftehim SWIFT b'riżultat tas-sorveljanza mill-NSA (2013/2831(RSP)) (B7-0481/2013).
7. Tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (24-25 ta' Ottubru 2013) (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (24-25 ta' Ottubru 2013) (2013/2625(RSP))
Vytautas Leškevičius (President fil-kariga tal-Kunsill) u José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE, Hannes Swoboda f'isem il-Grupp S&D, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, Martin Callanan f'isem il-Grupp ECR, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFD, Laurence J.A.J. Stassen Membru mhux affiljata, Manfred Weber, Ivailo Kalfin, Anneli Jäätteenmäki, Sven Giegold, Susy De Martini, Rolandas Paksas, Francisco Sosa Wagner, Giuseppe Gargani, Enrique Guerrero Salom, Andrew Henry William Brons, Elisabeth Morin-Chartier, Pervenche Berès, Luis de Grandes Pascual u Edit Herczog.
PRESIDENZA: Othmar KARAS Viċi President
Interventi ta': Ildikó Gáll-Pelcz, Libor Rouček, Marietta Giannakou, Roberto Gualtieri, Gay Mitchell u Frank Engel.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Mairead McGuinness, Francesco De Angelis, João Ferreira, Jean-Pierre Audy u Juan Fernando López Aguilar.
Interventi ta': Olli Rehn (Viċi President tal-Kummissjoni) u Vytautas Leškevičius.
Id-dibattitu ngħalaq.
8. Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (dibattitu)
Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2013 [2013/2134(INI)] Rapporteur: Elisa Ferreira (A7-0322/2013)
Elisa Ferreira ppreżentat ir-rapport.
Interventi ta': Vytautas Leškevičius (President fil-kariga tal-Kunsill) u Olli Rehn (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Catherine Trautmann (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), Verónica Lope Fontagné (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Andreas Schwab (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Tamás Deutsch (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Marije Cornelissen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Jean-Paul Gauzès f'isem il-Grupp PPE, Pervenche Berès f'isem il-Grupp S&D, Philippe De Backer f'isem il-Grupp ALDE, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Syed Kamall f'isem il-Grupp ECR, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Claudio Morganti f'isem il-Grupp EFD, Auke Zijlstra Membru mhux affiljat, Corien Wortmann-Kool, Mojca Kleva Kekuš, Sylvie Goulard, Markus Ferber, Sergio Gutiérrez Prieto, Marianne Thyssen, Anni Podimata, Pablo Zalba Bidegain u Alfredo Pallone.
Intervent ta': Carl Schlyter, biex jirrapporta problema teknika marbuta mal-link elettroniku lejn l-emendi sottoposti għall-votazzjonijiet waqt din is-seduta ta' votazzjoni.
° ° ° °
Intervent ta': Ashley Fox, biex jitlob li s-seduta plenarja ta' għada tibda fit-08.30, minflok fid-09.00, sabiex ikun jista' jsir id-dibattitu dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2013 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni (14870/2013 – C7-0378/2013 – 2013/2151(BUD)) - Rapporteur: Giovanni La Via (A7-0347/2013).
Il-Parlament qabel ma' din it-talba.
L-aġenda ġiet konsegwentement modifikata.
10. Kompożizzjoni tal-kumitati
Il-President irċeviet mill-Grupp PPE t-talba ta' ħatra li ġejja:
Kumitat EMPL: Martin Kastler ma għadux membru ta' dan il-kumitat
Kumitat ENVI: Martin Kastler
Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
11. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
11.1. Abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Sena finanzjarja 2014(votazzjoni)
- Abbozzi ta' emenda tal-approprjazzjonijiet tat-Taqsima III tal-abbozz ta' baġit ġenerali 2014, dwar il-Kummissjoni;
- Abbozzi ta' emenda tal-approprjazzjonijiet tat-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX tal-abbozz ta' baġit ġenerali 2014 dwar il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, biex ikunu approvati, l-abbozzi ta' emenda jridu jiksbu l-voti tal-maġġoranza tal-Membri li jikkomponu l-Parlament Ewropew.
(L-abbozzi ta' emendi adottati jidhru fl-Anness għat-"Testi adottati") (Dettall tal-votazzjoni: Anness "Riżultati tal-votazzjonijiet", punt 1)
Interventi: Qabel il-votazzjoni, Anne E. Jensen (rapporteur) ipproponiet il-modifiki tekniċi li ġejjin:
"Bħal kull sena, minħabba l-kumplessità tal-proċedura, hemm ċerti aġġustamenti tekniċi li għandhom ikunu sottoposti għall-votazzjoni. L-uniku dokument ta' referenza għal li għandu x'jaqsam mal-ammonti huwa d-DOC 6. F'każ ta' emendi li jkopru diversi linji baġitarji, il-votazzjoni tirreferi għal-linji kollha koperti minn dawn l-emendi.
1) Erba' emendi għandhom ikunu korretti kif ġej:
Nru 1083: fil-linja16 03 01 01 "Azzjonijiet ta' Multimedia", l-ammont tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa EUR 29 895 000 u mhux EUR 29 395 000.
Nru 1234 dwar l-organigramma tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA): in-numru totali ta' postijiet AST huwa 112 u mhux 110, fuq total ta' 5 aġenti permanenti u 344 aġent temporanju, u dan jgħolli n-numru totali ta' postijiet għal 349 minflok 347.
Nru 1238 dwar l-organigramma tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER): in-numru totali ta' postijiet AD huwa 73 u mhux 74, b'hekk in-numru totali ta' postijiet jammonta għal 96.
Nru 1063 dwar linja ġdida dwar "Il-qagħda attwali u mixtieqa tal-potenzjal ekonomiku fir-reġjuni barra mill-belt kapitali Griega, Ateni": din l-emenda tirreferi għal azzjoni preparatorja ġdida u mhux għal proġett pilota.
2) Żewġ emendi ġew adottati taħt partiti QFP skorretti u għandhom jiġu modifikati kif ġej:
In-Nru 1153 "Azzjonijiet ta' tħejjija — Pjattaforma Elettronika għall-Viċinat" għandha tiġi inkluża taħt il-partita 1a u mhux taħt il-partita 4.
In-Nru 1078 "Proġett Pilota — L-Ewropa Tiegħek: Vjaġġar (YET) Applikazzjoni għall-apparat mowbajl" għandha tiġi inkluża taħt il-partita 2 u mhux taħt il-partita 3.
3) Iż-żewġ emendi li ġejjin, li jittrattaw proġetti pilota eżistenti, għandhom jitneħħew u jiġu sostitwiti b'emendi mmirati lejn il-ħolqien ta' linji ġodda ta' azzjonijiet preparatorji:
Nru 1075 "Azzjoni preparatorja — Dieta tajba għas-saħħa: l-ewwel snin u t-tixjiħ tal-popolazzjoni";
4) Bil-għan li jiġu evitati duplikazzjonijiet, għandhom isiru korrezzjonijiet tekniċi biex jiġu modifikati r-referenzi tal-linja baġitarja ta' ċertu numru ta' linji ġodda (speċjalment tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji) proposti fl-emendi tagħna.
Fl-aħħar, il-pożizzjoni tal-Parlament ma tqisx l-ittra emendatorja Nru 2/2014 adottata fis-16 ta' Ottubru 2013 mill-Kummissjoni, li se tkun integrata f'konċiljazzjoni.
Nagħmel appell lil din l-assemblea tagħna biex issostni dawn il-proposti."
Il-President ikkonstatat li ma kienx hemm oġġezzjoni għall-aġġustamenti proposti.
Waqt il-votazzjoni, Derek Roland Clark, dwar l-iżvolġiment tal-votazzjoni.
Wara l-votazzjoni:
- Alain Lamassoure (President tal-Kumitat BUDG) dwar ir-riżultat tal-votazzjoni;
- Algimantas Rimkūnas (President fil-kariga tal-Kunsill)ħa nota tad-differenzi bejn il-pożizzjoni tal-Parlament u dik tal-Kunsill u qabel li jitlaqqa' l-kumitat ta' konċiljazzjoni skont l-Artikolu 314(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
11.2. Abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 - it-taqsimiet kollha (votazzjoni)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 [13176/2013 - C7-0260/2013- 2013/2145(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Korapporteurs: Monika Hohlmeier u Anne E. Jensen (A7-0328/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
11.3. L-għarfien dwar il-baħar 2020 (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar l-għarfien dwar il-baħar 2020: L-immappjar ta' qiegħ il-baħar għal skopijiet ta' sajd [2013/2101(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Maria do Céu Patrão Neves (A7-0295/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
11.4. L-applikazzjoni u l-infurzar ta' regoli kummerċjali internazzjonali ***I (votazzjoni)
Rapport fuq il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali [COM(2012)0773 - C7-0415/2012- 2012/0359(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Niccolò Rinaldi (A7-0308/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
Il-kwistjoni titqies għalhekk irreferuta mill-ġdid għal rieżami lill-kumitat responsabbli.
11.5. Il-kummerċ tal-prekursuri tad-droga bejn il-Komunità u pajjiżi terzi ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga bejn il-Komunità u pajjiżi terzi [COM(2012)0521 - C7-0316/2012- 2012/0250(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Franck Proust (A7-0167/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
11.6. Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 u r-Regolament tal-Kunsill Nru XXX/2011 dwar il-politika marittima integrata [COM(2011)0804 - C7-0460/2011- 2011/0380(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Alain Cadec (A7-0282/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
Lucas Hartong, qabel il-votazzjoni, Raül Romeva i Rueda, Pat the Cope Gallagher biex jipproponi emenda orali għall-emenda 538, li giet aċċettata, Dolores García-Hierro Caraballo, biex tipproponi emenda orali għall-Artikolu 3(2), wara l-punt 18, li giet aċċettata, Gabriel Mato Adrover u Alain Cadec (rapporteur), biex jagħmlu xi preċiżazzjonijiet dwar din l-emenda orali, Guido Milana, biex jirtira l-emenda orali tiegħu għall-emenda 189.
Alain Cadec, qabel il-votazzjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni, biex iħabbar l-intenzjoni tiegħu li jiftaħ in-negozjati mal-Kunsill.
Il-votazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva ġiet posposta, sakemm jiġi adottat il-qafas finanzjarju pluriennali.
11.7. Prekursuri tad-droga ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 dwar prekursuri tad-droga [COM(2012)0548 - C7-0319/2012- 2012/0261(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Anna Hedh (A7-0153/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
11.9. Kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus (votazzjoni)
Rapport dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport finali) [2013/2107(INI)] - . Rapporteur: Salvatore Iacolino (A7-0307/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)
Marc Tarabella, qabel il-votazzjoni dwar l-emenda 32, Salvatore Iacolino (rapporteur), qabel il-votazzjoni dwar il-proposta ta' riżoluzzjoni, biex jipproponi emenda orali wara l-premessa AY, li giet aċċettata, u Sonia Alfano, biex tikkommemora l-vittmi tal-mafja u tal-kriminalità organizzata.
Minħabba li kien sar il-ħin, il-President ipproponiet lill-Assemblea biex tiddeċiedi jekk il-votazzjonijiet għandhomx jitkomplew jew jiġu posposti.
Wara l-votazzjoni, Michael Cashman, biex jifraħ lill-President għall-iżvolġiment tal-votazzjonijiet u Edward McMillan-Scott, dwar l-organizzazzjoni tas-seduta tal-votazzjonijiet.
- Véronique Mathieu Houillon, Salvatore Iacolino u Roberta Angelilli f'isem il-Grupp PPE,
- Juan Fernando López Aguilar, Sylvie Guillaume, Claude Moraes u Rita Borsellino f'isem il-Grupp S&D,
- Guy Verhofstadt, Jan Mulder, Sonia Alfano, Cecilia Wikström, Nathalie Griesbeck, Marielle de Sarnez, Ramon Tremosa i Balcells, Alexander Graf Lambsdorff, Nadja Hirsch, Hannu Takkula, Andrew Duff u Niccolò Rinaldi f'isem il-Grupp ALDE,
- Daniel Cohn-Bendit, Rebecca Harms, Hélène Flautre, Franziska Keller, Jean Lambert, Judith Sargentini, Jean-Jacob Bicep, Malika Benarab-Attou u Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE,
- Marie-Christine Vergiat, Patrick Le Hyaric, Alda Sousa u Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL,
Wara l-votazzjoni, Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, biex jitlob, abbażi tal-Artikolu 177 tar-Regoli ta' Procedura, il-posponiment tal-votazzjoni, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, biex jappoġġa t-talba, u Alexander Graf Lambsdorff, kontra din it-talba.
Il-Parlament ma laqax it-talba permezz tal-VE (270 favur, 298 kontra, 12-il astensjoni).
(Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni B7-0481/2013 waqgħet.)
12. Spjegazzjonijiet tal-vot
Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 170 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.
Spjegazzjonijiet orali tal-vot:
L-ispjegazzjonijiet orali tal-vot se jsiru għada.
13. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fis-sit "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.40 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00)
PRESIDENZA: László SURJÁN Viċi President
14. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
15. L-aspetti prinċipali u l-għażliet fundamentali tal-politika estera u ta' sigurtà komuni u tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (Artikolu 36 TUE) - Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni fl-2012 (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: L-aspetti prinċipali u l-għażliet fundamentali tal-politika estera u ta' sigurtà komuni u tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (Artikolu 36 TUE) (2013/2597(RSP))
Rapport dwar ir-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni [2013/2081(INI)] Rapporteur: Elmar Brok (A7-0330/2013)
Elmar Brok ippreżenta r-rapport.
Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Nadezhda Neynsky (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG), José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' William (The Earl of) Dartmouth, Ioan Mircea Paşcu f'isem il-Grupp S&D, Andrew Duff f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll għal żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Charles Tannock u Takis Hadjigeorgiou, Ulrike Lunacek f'isem il-Grupp Verts/ALE, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Willy Meyer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bastiaan Belder f'isem il-Grupp EFD, Adrian Severin, Membru mhux affiljat, u Michael Gahler.
PRESIDENZA: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ Viċi President
Interventi ta': Ana Gomes, Norica Nicolai, Tarja Cronberg, Ryszard Antoni Legutko, Takis Hadjigeorgiou, Fiorello Provera, Andreas Mölzer, Arnaud Danjean, Véronique De Keyser, Kristiina Ojuland, Reinhard Bütikofer, Geoffrey Van Orden, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Arnaud Danjean, Charalampos Angourakis, Nikolaos Salavrakos, Cristian Dan Preda, Richard Howitt, Marietje Schaake, Mirosław Piotrowski, William (The Earl of) Dartmouth, Francisco José Millán Mon, Maria Eleni Koppa, Ruža Tomašić, Krzysztof Lisek, Liisa Jaakonsaari, Marek Henryk Migalski, Othmar Karas, Pier Antonio Panzeri, Eduard Kukan, Sophocles Sophocleous, Andrej Plenković, Marusya Lyubcheva, Tunne Kelam, Boris Zala, Marietta Giannakou, Filip Kaczmarek, Davor Ivo Stier, Monika Panayotova, Mariya Gabriel, Vytautas Landsbergis u Alojz Peterle.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Ingeborg Gräßle, Janusz Władysław Zemke, Angelika Werthmann, Andrew Henry William Brons u Ivo Vajgl.
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fil-Maldive (2013/2895(RSP))
Vytautas Leškevičius (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjoni f'isem Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà).
Interventi ta': Thomas Mann f'isem il-Grupp PPE, u Alexander Mirsky f'isem il-Grupp S&D.
PRESIDENZA: Alexander ALVARO Viċi President
Interventi ta': Phil Bennion f'isem il-Grupp ALDE, Barbara Lochbihler f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR.
Intervent ta': Vytautas Leškevičius.
Id-dibattitu ngħalaq.
17. Id-detenzjoni ta' attivisti ta' Greenpeace fir-Russja (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Id-detenzjoni ta' attivisti ta' Greenpeace fir-Russja (2013/2888(RSP))
Vytautas Leškevičius (President fil-kariga tal-Kunsill) u Janez Potočnik (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Wim van de Camp f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Marek Henryk Migalski, Ivo Vajgl f'isem il-Grupp ALDE, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Liisa Jaakonsaari, Marek Henryk Migalski f'isem il-Grupp ECR, Mikael Gustafsson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Daniël van der Stoep, Membru mhux affiljat, Krzysztof Lisek, Knut Fleckenstein, Yannick Jadot, Peter van Dalen, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' William (The Earl of) Dartmouth, Søren Bo Søndergaard, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Peter van Dalen, Martin Ehrenhauser, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Thijs Berman, Bogusław Sonik, Liisa Jaakonsaari, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Bernd Posselt, Nick Griffin, Thijs Berman, dwar id-diskors ta' dan tal-aħħar, Bogusław Liberadzki, Boris Zala, Dan Jørgensen u Sandra Petrović Jakovina.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Sirpa Pietikäinen, Satu Hassi, Catherine Bearder, Michèle Rivasi, Paul Murphy u Ulrike Lunacek.
PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI Viċi President
Interventi ta': Janez Potočnik u Vytautas Leškevičius.
Id-dibattitu ngħalaq.
18. Perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti * (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi standards bażiċi tas-sikurezza kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti [COM(2012)0242 - C7-0151/2012- 2011/0254(NLE)] Rapporteur: Thomas Ulmer (A7-0303/2013)
Thomas Ulmer ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Janez Potočnik (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Richard Seeber f'isem il-Grupp PPE, Claudiu Ciprian Tănăsescu f'isem il-Grupp S&D, Vladko Todorov Panayotov f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Michèle Rivasi f'isem il-Grupp Verts/ALE, Sabine Wils f'isem il-Grupp GUE/NGL, Vladimir Urutchev u Phil Bennion.
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Seán Kelly.
19. Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm ġenerali ta' azzjoni ambjentali tal-Unjoni Ewropea sal-2020: "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna" [COM(2012)0710 - C7-0392/2012- 2012/0337(COD)] Rapporteur: Gaston Franco (A7-0166/2013)
Gaston Franco ppreżenta r-rapport.
Intervent ta': Janez Potočnik (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Daciana Octavia Sârbu (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Richard Seeber f'isem il-Grupp PPE, Mario Pirillo f'isem il-Grupp S&D, Gerben-Jan Gerbrandy f'isem il-Grupp ALDE, Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE, João Ferreira f'isem il-Grupp GUE/NGL, Roger Helmer f'isem il-Grupp EFD, Franco Bonanini, Membru mhux affiljat, Christa Klaß, Marusya Lyubcheva, Dubravka Šuica, Sergio Gaetano Cofferati, Romana Jordan, José Manuel Fernandes, Zdravka Bušić, Seán Kelly, Seán Kelly u Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė