Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 24 ta' Ottubru 2013 - Strasburgu

5. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni (11250/2013 - C7-0351/2013 – 2013/0120/A(NLE))

irreferut

responsabbli:

AFET

opinjoni:

INTA

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-materji relatati mar-riammissjoni (11313/2013 – C7-0356/2013 – 2013/0120/B(NLE))

irreferut

responsabbli:

LIBE

opinjoni:

AFET

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (13152/2013 - C7-0370/2013 - 2013/0282(NLE))

irreferut

responsabbli:

ITRE

opinjoni:

AFET, BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 28/2013 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0086/2013 - C7-0371/2013 - 2013/2265(GBD))

irreferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 31/2013 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0087/2013 - C7-0372/2013 - 2013/2266(GBD))

irreferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 32/2013 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0088/2013 - C7-0373/2013 - 2013/2267(GBD))

irreferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fid-dawl tal-implimentazzjoni sal-2020 ta' ftehim internazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq għal emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali (COM(2013)0722 - C7-0374/2013 - 2013/0344(COD))
F'konformità mal-Artikoli 124(1) u 125(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irreferut

responsabbli:

ENVI

opinjoni:

ITRE, TRAN

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Memorandum ta' Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika rigward l-importazzjoni taċ-ċanga ġejja minn annimali li ma jkunux ġew ittrattati b'ċerti ormoni tat-tkabbir u rigward id-dazji ogħla applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-Unjoni Ewropea (14374/2013 - C7-0377/2013 - 2013/0324(NLE))

irreferut

responsabbli:

INTA

opinjoni:

AGRI

- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali 2013: Pożizzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2013 (14870/2013 - C7-0378/2013 - 2013/2151(BUD))

irreferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll kontra l-Iffabrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (12324/2013 - C7-0379/2013 - 2013/0083(NLE))

irreferut

responsabbli:

LIBE

opinjoni:

ITRE, INTA, IMCO

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 35/2013 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0093/2013 - C7-0380/2013 - 2013/2268(GBD))

irreferut

responsabbli:

BUDG

2) mill-Membri

2.1) mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Aldo Patriciello. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar it-tħaffir fil-Baħar Jonju (B7-0463/2013)

irreferut

responsabbli:

ENVI

- Cristiana Muscardini. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar strumenti ġodda għall-ġlieda kontra l-kontraffazzjoni (B7-0485/2013)

irreferut

responsabbli:

JURI

opinjoni:

IMCO

- Silvia-Adriana Ţicău. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-qerda tal-faqar (B7-0486/2013)

irreferut

responsabbli:

DEVE

- Philip Claeys, Marine Le Pen, Franz Obermayr u Laurence J.A.J. Stassen. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-proposti ta' konfiska parzjali ta' depożiti tat-tfaddil fiż-żona tal-euro (B7-0487/2013)

irreferut

responsabbli:

ECON

- Hans-Peter Martin. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-involviment ta' investituri Ċiniżi fil-qasam tal-enerġija nukleari fl-Unjoni Ewropea (B7-0488/2013)

irreferut

responsabbli:

ITRE

2.2) proposti għal rakkomandazzjonijiet (Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Kristiina Ojuland u Guy Verhofstadt, f'isem il-Grupp ALDE. Proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet komuni rigward il-viża għal uffiċjali Russi involuti fil-każ Sergei Magnitsky (B7-0473/2013)

irreferut

responsabbli:

LIBE

irreferut

responsabbli :

AFET

Avviż legali - Politika tal-privatezza