Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 18 ta' Novembru 2013 - Strasburgu

5. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi kkomunikaw l-elezzjoni ta' Gabriele Stauner, biex tissostitwixxi lil Anja Weisgerber b'seħħ mit-30 ta' Ottubru 2013, u Hiltrud Breyer, biex tissostitwixxi lil Franziska Katharina Brantner b'seħħ mill-31 ta' Ottubru 2013.

Bi qbil mal-Artikolu7(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri għall-Parlament Ewropew b'suffraġju dirett universali, u mal-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni ta' Gabriele Stauner u Hiltrud Breyer b'seħħ mit-30 u l-31 ta' Ottubru 2013 rispettivament.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Gabriele Stauner u Hiltrud Breyer jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza