Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 18 ta' Novembru 2013 - Strasburgu

9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika demografika Ewropea (00088/2013/LEX - C7-0407/2013 - 2011/0440(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (00059/2013/LEX - C7-0406/2013 - 2012/0055(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ batteriji u akkumulaturi portabbli li jkun fihom il-kadmju maħsuba għall-użu f’għodda mingħajr fil imħaddma bl-enerġija, u ta’ ċelluli buttuna li fihom kontenut baxx ta’ merkurju, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/603/KE (00055/2013/LEX - C7-0405/2013 - 2012/0066(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (00057/2013/LEX - C7-0404/2013 - 2011/0435(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu 2006 u l-infurzar tagħha (00043/2013/LEX - C7-0403/2013 - 2012/0065(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (00041/2013/LEX - C7-0402/2013 - 2011/0197(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (00071/2013/LEX - C7-0401/2013 - 2012/0250(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 fir-rigward tal-kwoti tariffarji għall-inbid (00092/2013/LEX - C7-0400/2013 - 2013/0099(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 dwar prekursuri tad-droga (00061/2013/LEX - C7-0399/2013 - 2012/0261(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna" (00064/2013/LEX - C7-0398/2013 - 2012/0337(COD)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza