- Hannes Swoboda, li fakkar l-ex President ta' Ċipru, Glafcos Clerides, li miet il-Ġimgħa;
- Giommaria Uggias, Francesca Barracciu, Claudio Morganti u Claude Turmes dwar l-għargħar f'Sardenja minħabba ċ-ċiklun Kleopatra;
- Jean-Marie Cavada li fakkar iż-żewġ ġurnalisti Franċiżi, Ghislaine Dupont u Claude Verlon, li nqatlu f'Mali.
Il-President għamel dikjarazzjoni dwar il-qtil taż-żewġ ġurnalisti Franċiżi f'Mali. Huwa ta ġieħ lill-ġurnalisti, li huma vittmi tal-gwerra, tal-persekuzzjoni, tal-oppressjoni u tat-terroriżmu mad-dinja kollha. Huwa esprima s-solidarjetà tal-Parlament mal-familji taż-żewġ ġurnalisti.
Il-President ingħaqad mal-interventi preċedenti dwar is-sitwazzjoni f'Sardenja u esprima s-solidaritjetà tal-Parlament mal-familji tal-għargħar f'Sardenja.