Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/2145(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0387/2013

Testi mressqa :

A7-0387/2013

Dibattiti :

PV 19/11/2013 - 5
CRE 19/11/2013 - 5

Votazzjonijiet :

PV 20/11/2013 - 8.1
CRE 20/11/2013 - 8.1

Testi adottati :

P7_TA(2013)0472

Minuti
L-Erbgħa, 20 ta' Novembru 2013 - Strasburgu

8.1. Proċedura baġitarja 2014: it-test konġunt (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
Rapporti Verbatim

Rapport dwar it-test konġunt dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni taħt il-proċedura baġitarja [13176/2013 - C7-0260/2013- 2013/2145(BUD)] - Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni Baġitarja. Korapporteurs: Anne E. Jensen u Monika Hohlmeier (A7-0387/2013)

(Maġġoranza kwalifikata biex jiġi rrifjutat it-test)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P7_TA(2013)0472)

Interventi

Wara l-votazzjoni, Algimantas Rimkūnas (President fil-kariga tal-Kunsill) avża li l-Parlament kien ikkonferma l-ftehim milqugħ fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni waqt il-laqgħa tiegħu tal-11 u t-12 ta' Novembru 2013. Barra minn hekk indika li l-Kunsill appoġġa bil-kbir id-dikjarazzjonijiet komuni mehmuża mal-ftehim, u li se jimpenja ruħu biex jonorahom għal kollox.

Il-President wara għamel id-dikjarazzjoni li ġejja:

"It-test konġunt milqugħ fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fit-12 ta' Novembru 2013 ġie approvat kemm mill-Parlament kif ukoll mill-Kunsill. Il-proċedura baġitarja ġiet implimentata skont it-Trattati. Għalhekk il-proċedura baġitarja għas-sena finanzjarja 2014 tista' titqies bħala mitmuma. Jien nipprokklama li l-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2014 huwa definittivament adottat. Il-baġit se jiġi ffirmat illum mill-President tal-Parlament".

Avviż legali - Politika tal-privatezza