Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 9/2013 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Kummissjoni [14872/2013 - C7-0388/2013- 2013/2257(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Giovanni La Via (A7-0390/2013)
(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
Wara l-votazzjoni, Algimantas Rimkūnas (President fil-kariga tal-Kunsill) avża li l-emenda tal-pożizzjoni tal-Kunsill adottata mill-Parlament kienet konformi mal-ftehim politiku li ntlaħaq fil-konċiljazzjoni. Huwa ddikjara li l-Kunsill approva l-emenda adottata mill-Parlament għall-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9 għall-2013. Huwa kkonkluda li ma kienx opportun li ssir laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni skont l-Artikolu 314(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjon Ewropea.