Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
° ° ° °
Intervent ta': Sophia in 't Veld dwar ir-riskji għas-sigurtà tal-komunikazzjonijiet telefoniċiu elettroniċi ġewwa l-Parlament (Il-President ħa nota ta' dan).
6.1. Orizzont 2020 - programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni (2014-2020) ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014–2020) [COM(2011)0809 - C7-0466/2011- 2011/0401(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Teresa Riera Madurell (A7-0427/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)