Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 9 ta' Diċembru 2013 - Strasburgu

2. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President għamel dikjarazzjoni fejn ta ġieħ lil Nelson Mandela, li miet fil-5 ta' Diċembru 2013.

Ta ġieħ lill-memorja tal-54 persuna li sfaw vittmi meta sfronda s-saqaf taċ-ċentru kummerċjali ta' Riga fil-21 ta' Novembru 2013.

Il-Parlament osserva minuta ta' silenzju.

°
° ° °

Il-President ħeġġeġ lill-awtoritajiet Ukraini biex ma jirrikorru għall-ebda vjolenza kontra d-dimostranti fi Kiev, u stieden lill-partijiet kollha preżenti jiftħu djalogu.

Avviż legali - Politika tal-privatezza