12. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-000094/2013) imressqa minn Salvatore Tatarella, Edite Estrela, Gerben-Jan Gerbrandy, Sandrine Bélier, Anna Rosbach u Kartika Tamara Liotard, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: L-iżvilupp ta' politika tal-UE dwar l-Infrastruttura Ekoloġika (IE) (2013/2663(RSP)) (B7-0525/2013);
- (O-000113/2013) imressqa minn Pat the Cope Gallagher, Alain Cadec u Gabriel Mato Adrover, f'isem il-Kumitat PECH, lill-Kummissjoni: L-istatus tas-sajd għall-kavalli fil-Grigal tal-Atlantiku (2013/2890(RSP)) (B7-0526/2013);
- (O-000117/2013) imressqa minn Juan Fernando López Aguilar, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (2013/2924(RSP)) (B7-0528/2013);
- (O-000133/2013) imressqa minn Vital Moreira, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: SĠP+ mekkaniżmu ta' monitoraġġ u tabelli ta' valutazzjoni SĠP+ (2013/2959(RSP)) (B7-0527/2013).