13. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill
Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:
- Ftehim ta' Sħubija volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea;
- Memorandum ta' Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika rigward l-importazzjoni taċ-ċanga ġejja minn annimali li ma jkunux ġew ittrattati b'ċerti ormoni tat-tkabbir u rigward id-dazji ogħla applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-unjoni Ewropea;
- Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk;
- Protokoll għall-Ftehim dwar il-kooperazzjoni u l-unjoni doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta' San Marino, min-naħa l-oħra, rigward il-parteiċipazzjoni tar-Repubblika tal-kroazja bħala parti kontraenti wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea.