21. Aspetti tal-Ġeneru tal-Qafas Ewropew għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom - Progress li sar fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom(dibattitu)
Rapport dwar l-Aspetti tal-Ġeneru tal-Qafas Ewropew għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom [2013/2066(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Lívia Járóka (A7-0349/2013)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000117/2013) imressqa minn, Juan Fernando López Aguilar, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (2013/2924(RSP)) (B7-0528/2013)
Lívia Járóka ppreżentat ir-rapport.
Kinga Göncz daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Tkellmet Maria Damanaki (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Edit Bauer (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Csaba Sógor f'isem il-Grupp PPE, Minodora Cliveti f'isem il-Grupp S&D, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Dimitar Stoyanov, Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE, Hélène Flautre f'isem il-Grupp Verts/ALE, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Claudio Morganti f'isem il-Grupp EFD.
PRESIDENZA: Oldřich VLASÁK Viċi President
Interventi ta': Dimitar Stoyanov, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid u Monika Flašíková Beňová.
Tkellmet: Hélène Flautre li kkundannat il-kummenti li saru waqt id-dibattitu li skontha kienu mimlija mibegħda u razziżmu, u talbet li l-kwistjoni titressaq quddiem il-Konferenza tal-Presidenti (Il-President żgura li kien se jibgħat din it-talba lil min hu inkarigat).
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Anna Záborská, Sandra Petrović Jakovina, Paul Murphy, Franz Obermayr li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' William (The Earl of) Dartmouth, Alajos Mészáros, María Irigoyen Pérez u Sari Essayah.
Interventi ta': Maria Damanaki u Lívia Járóka.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
- Juan Fernando López Aguilar, f'isem il- Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (2013/2924(RSP)) (B7-0555/2013)