Rapport dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi jżid in-numru ta' Mħallfin fil-Qorti Ġenerali [02074/2011 - C7-0126/2012- 2011/0901B(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Alexandra Thein (A7-0252/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
Alexandra Thein (rapporteur) ipproponiet li l-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva tiġi posposta bi qbil mal-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva din il-proposta. Il-kwistjoni għalhekk se terġa' tiġi riferuta lill-kumitat kompetenti biex terġa' tiġi eżaminata.