Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 13 ta' Jannar 2014 - Strasburgu

3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
CRE

Il-President feraħ bl-adozzjoni tal-euro min-naħa tal-Latvja, fl-1 ta' Jannar 2014.

Il-President irrefera għall-bosta sitwazzjonijiet ta' maltemp li laqtu l-Ewropa f'dawn l-aħħar ġimgħat u informa lill-Assemblea li din it-tema se tkun suġġetta għal dibattitu waqt waħda mis-sessjonijiet ta' Frar. Esprima s-solidarjetà tal-Parlament mal-vittmi tal-maltemp.

Il-President irrefera wkoll għall-konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-futur tas-Sirja, li għandha tibda fit-22 ta' Jannar 2014 f'Ġinevra. Issottolinja l-importanza ta' din il-konferenza.

Il-President qajjem il-kwistjoni tal-informazzjoni misjuba fl-istampa rigward l-akkużi tal-Prim Ministru Rumen Victor Ponta fil-konfront ta' Elmar Brok. Il-President iddeplora tali akkużi, f'każ li jkunu kkonfermati.

Avviż legali - Politika tal-privatezza