Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq [11532/4/2013 - C7-0410/2013- 2011/0196(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Silvia-Adriana Ţicău (A7-0471/2013)
Silvia-Adriana Ţicău ippreżentat ir-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.
Intervent ta': Siim Kallas (Viċi President tal-Kummissjoni).
PRESIDENZA: Isabelle DURANT Viċi President
Interventi ta': Jim Higgins f'isem il-Grupp PPE, Saïd El Khadraoui f'isem il-Grupp S&D, Gesine Meissner f'isem il-Grupp ALDE, Eva Lichtenberger f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jacky Hénin f'isem il-Grupp GUE/NGL, Patricia van der Kammen Membru mhux affiljata, Dieter-Lebrecht Koch, Inés Ayala Sender, Diane Dodds, Markus Ferber u Ismail Ertug.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Zbigniew Zaleski u Janusz Władysław Zemke.
Interventi ta': Siim Kallas u Silvia-Adriana Ţicău.