Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 15 ta' Jannar 2014 - Strasburgu

3. Atti delegati (Artikolu 87a tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:

- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fejn tidħol id-definizzjoni ta' "nanomaterjali maħdumin" C(2013)08887 - 2013/2997(DEA)
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-12 ta' Diċembru 2013
irreferut responsabbli: ENVI

- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni, u li jemenda l-AnnessV tiegħu (C(2013)08954 – 2013/2999(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-16 ta' Diċembru 2013
irreferut responsabbli: IMCO

- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw it-tipi ta' maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv (C(2013)09098 – 2013/3001(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: tliet xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Diċembru 2013
irreferut responsabbli: ECON , JURI (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni (UE) li jemenda l-AnnessIII għar-Regolament (UE) Nru978/2012 li japplika sistema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (C(2013)09133 – 2013/3000(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Diċembru 2013
irreferut responsabbli: INTA

- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-istabbiliment ta' simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn (C(2013)09144 – 2013/3003(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Diċembru 2013
irreferut responsabbli: AGRI

- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (C(2013)09651 2014/2508(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-7 ta' Jannar 2014
irreferut responsabbli: REGI, EMPL (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (C(2013)09690 – 2014/2509(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-7 ta' Jannar 2014
irreferut responsabbli: ITRE; TRAN (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għar-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-istituzzjonijiet (C(2013)09763 – 2014/2510(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tas-7 ta' Jannar 2014
irreferut responsabbli: ECON

Att delegat li għalih tqajmu oġġezzjonijiet:

(Dan id-dokument mhuwiex attwalment disponibbli bil-lingwi kollha)

- Deċiżjoni ta' delega tal-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta' standards minimi komuni msemmijin fid-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropee u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta' aċċess għas-servizz pubbliku regolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo (C(2013)05661 - doc. limite)
irreferut responsabbli ITRE
Oġġezzjonijiet imqajma mill-Kunsill fis-9 ta' Diċembru 2013.

Avviż legali - Politika tal-privatezza