4. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda, għall-finijiet tal-introduzzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' periklu u prekawzjoni fil-lingwa Kroata u tal-adattament tagħha għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (D027409/04 - 2014/2528(RPS) - skadenza: 14/04/2014) irreferut responsabbli: ENVI (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: IMCO (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi ("REACH") fir-rigward ta' 1,4-diklorobenżen (D029121/03 - 2014/2502(RPS) - skadenza: 07/04/2014) irreferut responsabbli: ENVI (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: ITRE, IMCO (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż (D029441/03 - 2014/2507(RPS) - skadenza: 07/04/2014) irreferut responsabbli: ENVI (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: AGRI (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili (D029683/02 - 2014/2500(RPS) - skadenza: 07/04/2014) irreferut responsabbli: TRAN
- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta’ barra u ta’ ġewwa (D029991/02 - 2014/2527(RPS) - skadenza: 14/04/2014) irreferut responsabbli: ENVI
- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni 2007/742/KE dwar il-pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass (D029994/02 - 2014/2520(RPS) - skadenza: 10/04/2014) irreferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 823/2012 fir-rigward tad-dati ta' skadenza tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi etossisulfuron, ossadiarġil u warfarin (D030330/02 - 2013/2993(RPS) - skadenza: 12/02/2014) irreferut responsabbli: ENVI (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: AGRI, IMCO (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwu għall-foramsulfuron, ażimsulfuron, jodosulfuron, oksasulfuron, meżosulfuron, flażasulfuron, imażosulfuron, propamokarb, bifenażat, klorprofam u tijobenkarb f’ċerti prodotti jew fuqhom (D030498/02 - 2014/2519(RPS) - skadenza: 10/03/2014) irreferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 fir-rigward tat-trasport taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi bil-baħar (D030733/02 - 2014/2526(RPS) - skadenza: 14/04/2014) irreferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (D030938/03 - 2013/2998(RPS) - skadenza: 14/02/2014) irreferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjoni bl-Ispanjol tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (D030941/02 - 2014/2521(RPS) - skadenza: 10/04/2014) irreferut responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010, b’mod partikolari, sabiex jiġu stabbiliti l-volumi ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rkantati fl-2013-2020 (D031326/02 - 2014/2523(RPS) - skadenza: 11/04/2014) irreferut responsabbli: ENVI (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura) opinjoni: ITRE (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura)