Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 15 ta' Jannar 2014 - Strasburgu

6. Modifika tal-aġenda
Rapporti Verbatim

Interventi ta': Dimitrios KourkoulasDimitrios Kourkoulas (President fil-kariga tal-Kunsill), Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni) u Michael Theurer (President tal-Kumitat CONT), biex jippreżentaw dikjarazzjoni tat-tliet istituzzjonijiet dwar il-kwittanza separata tal-korpi tas-sħubija pubblika-privata skont l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (għat-test tad-dikjarazzjoni, ara r-rapport verbatim tad-dibattiti tal-15 ta' Jannar 2014).

B'segwitu tad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, Michael Theurer talab, f'isem il-Kumitat CONT, li, mill-aġenda tal-Ħamis 16 ta' Jannar 2014, titneħħa l-votazzjoni fuq il-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 87a(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar ir-Regolament ta' delega (UE) Nru ... / ... tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-mudell tar-Regolament Finanzjarju għal sħubijiet pubbliċi-privati msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2013/2863(DEA)] (B7-0002/2014).

Il-Parlament approva din t-talba.

Avviż legali - Politika tal-privatezza