L-awtoritajiet kompetenti Ċeki avżaw li Vĕra Flasarová ġiet eletta għall-Parlament Ewropew minflok Vladimír Remek bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 13 ta' Jannar 2014.
Skont l-Artikolu 7(1) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropee b'vot universali dirett l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni ta' Vĕra Flasarová b'effett mid-data 13 ta' Jannar 2014.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħha jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Vĕra Flasarová tieħu postha fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel tkun għamlet id-dikjarazzjoni li ma għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew .