Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE li tirrigwarda l-għasel [COM(2012)0530 - C7-0304/2012- 2012/0260(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Julie Girling (A7-0440/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)
Julie Girling (rapporteur) ipproponiet il-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni ġiet għalhekk irriferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami.
Interventi
Alojz Peterle u John Stuart Agnew qabel il-votazzjoni.