Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 15 ta' Jannar 2014 - Strasburgu

10. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


10.1. Setgħat u responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti (votazzjoni)

Proposta mill-Konferenza tal-Presidenti

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni (P7_TA(2014)0018)

Interventi

Elmar Brok ressaq emenda orali għall-emenda 4, li ġiet aċċettata.

Doris Pack ressqet emenda orali lit-test tat-Taqsima XV. Billi aktar minn erbgħin Membru opponew li din l-emenda orali tiġi kkunsidrata, din ma ġietx aċċettata.


10.2. Il-kalendarju tas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament - 2015 (votazzjoni)

Il-kalendarju tas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament - 2015: ara l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti (punt 4 tal- Minuti ta' 13.1.2014)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

Interventi

Pervenche Berès dwar il-proċedura użata biex tiġi stabbilita l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti tal-kalendarju tas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament tal-2015.

Ashley Fox dwar l-emenda 1 u biex jitlob li l-kwistjoni tkun riferuta lill-Konferenza tal-Presidenti.

Edward McMillan-Scott biex jitlob li l-votazzjoni tiġi posposta għal sessjoni parzjali ta' Frar 2014.

Martin Callanan biex isostni din it-talba.

Il-Parlament approva t-talba.


10.3. It-tħassir tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/124/KE, Euratom *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tħassar id-Deċiżjoni 2007/124/KE, Euratom li tistabbilixxi l-programmi speċifiċi 'Prevenzjoni, Stat ta' Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà' u Prevenzjoni ta' u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità għall-Perijodu 2007-2013 bħala parti mill-programmi Ġenerali dwar is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet u dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja [15187/2013 - C7-0418/2013- 2013/0281(APP)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A7-0432/2013)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P7_TA(2014)0019)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill.


10.4. It-tiġdid tal-ftehim UE-Russja dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa [13152/2013 - C7-0370/2013- 2013/0282(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Amalia Sartori (A7-0473/2013)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P7_TA(2014)0020)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-ftehim.


10.5. Denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni * (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (riformulazzjoni) [COM(2013)0184 - C7-0132/2013- 2013/0096(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Jean-Paul Gauzès (A7-0479/2013)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P7_TA(2014)0021)


10.6. Futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN [2013/2148(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Reinhard Bütikofer (A7-0441/2013)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P7_TA(2014)0022)

Intervent

Reinhard Bütikofer (rapporteur).


10.7. Takografi u leġiżlazzjoni soċjali li tikkonċerna t-trasport bit-triq ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq [11532/4/2013 - C7-0410/2013- 2011/0196(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Silvia-Adriana Ţicău (A7-0471/2013)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarata approvata (P7_TA(2014)0023)


10.8. L-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni [COM(2011)0897 - C7-0004/2012- 2011/0437(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Philippe Juvin (A7-0030/2013)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P7_TA(2014)0024)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P7_TA(2014)0024)


10.9. L-akkwist pubbliku ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku [COM(2011)0896 - C7-0006/2012- 2011/0438(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Marc Tarabella (A7-0007/2013)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P7_TA(2014)0025)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P7_TA(2014)0025)


10.10. L-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u l-posta ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u l-posta [COM(2011)0895 - C7-0007/2012- 2011/0439(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Marc Tarabella (A7-0034/2013)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P7_TA(2014)0026)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P7_TA(2014)0026)


10.11. L-aċċess ta' prodotti u servizzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi [COM(2012)0124 - C7-0084/2012- 2012/0060(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Daniel Caspary (A7-0454/2013)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P7_TA(2014)0027)

Daniel Caspary (rapporteur) ippropona l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni ġiet għalhekk irriferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami.


10.12. L-għasel ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE li tirrigwarda l-għasel [COM(2012)0530 - C7-0304/2012- 2012/0260(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Julie Girling (A7-0440/2013)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P7_TA(2014)0028)

Julie Girling (rapporteur) ipproponiet il-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni ġiet għalhekk irriferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami.

Interventi

Alojz Peterle u John Stuart Agnew qabel il-votazzjoni.


10.13. Il-programm Hercule III u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Hercule III għall-promozzjoni tal-attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea [COM(2011)0914 - C7-0513/2011- 2011/0454(COD)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Monica Luisa Macovei (A7-0385/2012)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P7_TA(2014)0029)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P7_TA(2014)0029)

Interventi

Inés Ayala Sender qabel il-votazzjoni.


10.14. L-istatistiċi rigward il-kummerċ ta' merkanzija bejn Stati Membri ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 638/2004 fuq l-istatistiċi Komunitarji rigward il-kummerċ ta' merkanzija bejn Stati Membri rigward l-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri, il-komunikazzjoni ta' informazzjoni mill-amministrazzjoni tad-dwana, l-iskambju ta' dejta kunfidenzjali bejn l-Istati Membri, kif ukoll id-definizzjoni tal-valur statistiku [COM(2013)0578 - C7-0242/2013- 2013/0278(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Hans-Peter Martin (A7-0457/2013)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P7_TA(2014)0030)

Hans-Peter Martin (rapporteur) ippropona l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni ġiet għalhekk irriferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami.


10.15. Il-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B7-0013/2014

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P7_TA(2014)0031)


10.16. Ir-riindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa biex jiġu promossi l-kompetittività u s-sostenibbiltà (votazzjoni)

Rapport dwar ir-riindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa biex jiġu promossi l-kompetittività u s-sostenibbiltà [2013/2006(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Reinhard Bütikofer (A7-0464/2013)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P7_TA(2014)0032)

Avviż legali - Politika tal-privatezza