F'konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament Finanzjarju tal-BEREC, l-uffiċċju tal-BEREC ta' Riga informa lill-Awtorità baġitarja bit-trasferimenti baġitarji kollha skont l-Artikolu 23(2) fl-2013.
F'konformità mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità baġitarja bl-approvazzjoni tat-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea DEC 42/2013, DEC 44/2013 u DEC 46/2013, u bir-rifjut tat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 43/2013.
F'konformità mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità baġitarja bir-rifjut tat-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni DEC 1/2013 u INF 10/2013, u bl-approvazzjoni tat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet INF/9/2013.
F'konformità mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità baġitarja bir-rifjut tat-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja 7/2013 u 8/2013.
F'konformità mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità baġitarja bir-rifjut tat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna 3/2013.
F'konformità mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità baġitarja bir-rifjut tat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data 3/2013.
F'konformità mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità baġitarja bir-rifjut tat-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew DEC 1/2013 u INF 5/2013.