Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 3 ta' Frar 2014 - Strasburgu

5. Corrigendum (Artikolu 216 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitat ECON bagħat dan il-corrigendum ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:

Corrigendum P7_TA(2010)0336(COR02) għad-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

(pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' Settembru 2010 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva msemmija hawn fuq P7_TA(2010)0336 (ĠU C 50 E, 21.2.2010, p. 212) (COM(2009)0576 – C7-0251/2009 – 2009/0161(COD)).

Bi qbil mal-Artikolu 216(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dan il-corrigendum jitqies approvat sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwaru.

Il-corrigendum hu disponibbli fuq is-sit Séance en direct għall-perjodu kemm iddum din is-sessjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza