Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 3 ta' Frar 2014 - Strasburgu

6. Atti delegati (Artikolu 87a tar-Regoli ta' Proċedura)

Bi qbil mal-Artikolu 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-konfront ta':

- rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat TRAN li ma ssirx oppożizzjoni għal abbozz ta' regolament li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili (D029683/02 - 2014/2500(RPS)) (B7-0071/2014);

- rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat REGI li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament ta' delega tal-Kummissjoni tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (C(2013)09651 - 2014/2508(DEA)) (B7-0086/2014).

Jekk tali rakkomandazzjonijiet ma jkunux is-suġġett ta' oppożizzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew ta' almenu erbgħin Membru sa terminu ta' erbgħa u għoxrin siegħa, jitqiesu approvati. Fil-każ kuntrarju, ikunu sottoposti għal votazzjoni.

2 rakkomandazzjonijiet huma disponibbli fuq is-sit Séance en direct.

Avviż legali - Politika tal-privatezza