Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 3 ta' Frar 2014 - Strasburgu

7. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk Ewropew ta’ Servizzi tal-Impjiegi, l-aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobilità u l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol (COM(2014)0006 - C7-0015/2014 - 2014/0002(COD))
F'konformità mal-Artikolu 124(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta fakultattivament il-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irreferut

responsabbli :

EMPL

opinjoni :

FEMM, CULT, JURI, IMCO, REGI

- Ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (N7-0003/2014 - C7-0017/2014 - 2014/0900(NLE))

irreferut

responsabbli :

ECON

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (16651/2013 - C7-0020/2014 - 2013/0375(NLE))

irreferut

responsabbli :

PECH

opinjoni :

DEVE, BUDG

- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 1/2014 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0004/2014 - C7-0021/2014 - 2014/2015(GBD))

irreferut

responsabbli :

BUDG

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2009/831/KE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha (COM(2013)0930 - C7-0022/2014 - 2013/0446(CNS))

irreferut

responsabbli :

REGI

opinjoni :

AGRI, ECON

2) mill-kumitati parlamentari, ir-rapporti

- Rapport dwar migranti nisa mingħajr dokumenti fl-Unjoni Ewropea (2013/2115(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Norica Nicolai (A7-0001/2014)

- Rapport dwar l-assigurazzjoni ta’ diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem (2013/2174(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sampo Terho (A7-0005/2014)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċertu kumpaniji u gruppi kbar (COM(2013)0207 - C7-0103/2013 - 2013/0110(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Raffaele Baldassarre (A7-0006/2014)

- Abbozz ta’ rapport dwar il-Pjan Direzzjonali tal-UE kontra l-omofobija u d-diskriminazzjoni abbażi ta’ orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru (2013/2183(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Ulrike Lunacek (A7-0009/2014)

- Rapport dwar ir-Rwol tal-Qorti tal-Awdituri fil-Ġejjieni. Il-proċedura għall-ħatra tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri: Konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew (2012/2064(INI)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Inés Ayala Sender (A7-0014/2014)

- ***I Rapport dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini u n-negozji permezz tas-simplifikazzjoni tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (COM(2013)0228 - C7-0111/2013 - 2013/0119(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Bernhard Rapkay (A7-0017/2014)

- Rapport dwar il-konsegwenzi lokali u reġjonali tal-iżvilupp ta’ grids intelliġenti (2013/2128(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Elisabeth Schroedter (A7-0019/2014)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru, fejn jidħol it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom (COM(2013)0130 - C7-0066/2013 - 2013/0072(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Georges Bach (A7-0020/2014)

- Rapport dwar suq integrat għall-konsenja tal-pakketti għat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku fl-UE (2013/2043(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Pablo Arias Echeverría (A7-0024/2014)

- Rapport dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għal industrija tal-azzar kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa (2013/2177(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: András Gyürk (A7-0028/2014)

- Rapport dwar il-futur tal-azjendi agrikoli żgħar (2013/2096(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Czesław Adam Siekierski (A7-0029/2014)

- Rapport dwar l-emenda tal-Artikolu 166 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament rigward il-votazzjoni aħħarija u l-Artikolu 195(3) rigward il-votazzjoni fil-Kumitat (2014/2001(REG)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Carlo Casini (A7-0035/2014)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 260/2012 fir-rigward tal-migrazzjoni lejn trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti mal-Unjoni kollha (COM(2013)0937 - C7-0008/2014 - 2013/0449(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sharon Bowles (A7-0036/2014)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jiffirmaw, jirratifikaw jew jaċċedu għall-Ftehim ta' Cape Town tal-2012 dwar l-Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll ta' Torremolinos tal-1993 relatat mal-Konvenzjoni Internazzjonali ta' Torremolinos għas-Sikurezza tal-Bastimenti tas-Sajd tal-1977 (13408/2013 - C7-0389/2013 - 2013/0020(NLE)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Werner Kuhn (A7-0040/2014)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri li jirratifikaw, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (12178/2013 - C7-0233/2013 - 2013/0225(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: David Martin (A7-0041/2014)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Zbigniew Ziobro (2013/2189(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Cecilia Wikström (A7-0045/2014)

- Rapport dwar qafas għall-politika tal-klima u tal-enerġija fl-2030 (2013/2135(INI)) - Kumitat ENVI - Kumitat ITRE - Rapporteur: Anne Delvaux - Rapporteur: Konrad Szymański (A7-0047/2014)

- *** Rakkomandazzjoni dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża (11871/2013 - C7-0484/2013 - 2013/0216(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: João Ferreira (A7-0049/2014)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Klaus Heiner Lehne bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (N7-0102/2013 - C7-0423/2013 - 2013/0813(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Inés Ayala Sender (A7-0050/2014)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea. (COM(2013)0192 - C7-0097/2013 - 2013/0103(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Christofer Fjellner (A7-0053/2014)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea min-naħa l-waħda, u l-Groenlandja u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (12274/2013 - C7-0237/2013 - 2011/0410(CNS)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Ricardo Cortés Lastra (A7-0054/2014)

- Rapport dwar id-29 rapport annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE (2011) (2013/2119(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Eva Lichtenberger (A7-0055/2014)

- Rapport dwar l-idoneità Regolatorja tal-UE, Sussidjarjetà u Proporzjonalità - id-19-il rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li jkopri s-sena 2011 (2013/2077(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Sajjad Karim (A7-0056/2014)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward kooperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom tal-kompetizzjoni (12418/2012 - C7-0146/2013 - 2012/0127(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: George Sabin Cutaş (A7-0060/2014)

- Rapport dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Lara Comi (2014/2014(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Bernhard Rapkay (A7-0067/2014)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 u li jħassar id-Direttiva Nru 2003/42/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 (COM(2012)0776 - C7-0418/2012 - 2012/0361(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Christine De Veyrac (A7-0317/2013)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (COM(2013)0155 - C7-0086/2013 - 2013/0084(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Tatjana Ždanoka (A7-0344/2013)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (COM(2012)0238 - C7-0133/2012 - 2012/0146(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Marita Ulvskog (A7-0365/2013)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew għall-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra l-Unjoni Ewropea (COM(2013)0293 - C7-0145/2013 - 2013/0152(COD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Ivailo Kalfin (A7-0392/2013)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 691/2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (COM(2013)0247 - C7-0120/2013 - 2013/0130(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Elena Oana Antonescu (A7-0420/2013)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impjieg staġonali (COM(2010)0379 - C7-0180/2010 - 2010/0210(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Claude Moraes (A7-0428/2013)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (COM(2013)0018 - C7-0022/2013 - 2013/0012(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Carlo Fidanza (A7-0444/2013)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku (COM(2012)0721 - C7-0394/2012 - 2012/0340(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Jorgo Chatzimarkakis (A7-0460/2013)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 fir-rigward tal-inklużjoni tal-Groenlandja fl-implimentazzjoni tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-Proċess ta' Kimberley (COM(2013)0427 - C7-0179/2013 - 2013/0198(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Vital Moreira (A7-0467/2013)

- *** Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (COM(2013)0803 - C7-0417/2013 - 2013/0392(NLE)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Pervenche Berès (A7-0470/2013)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar Prattiki Kummerċjali Żleali (2013/2116(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Robert Rochefort (A7-0474/2013)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 827/2004 li jipprojbixxi l-importazzjoni tat-tonn alalunga mill-Atlantiku (Thunnus obesus) li joriġina fil-Bolivja, il-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali, Ġeorġja u Sjerra Leone u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1036/2001 (COM(2013)0185 - C7-0091/2013 - 2013/0097(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Raül Romeva i Rueda (A7-0475/2013)

- ***I Rapport dwar l-abbozz ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali (09288/2010 - C7-0185/2010 - 2010/0817(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Nuno Melo (A7-0477/2013)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2013)0520 - C7-0223/2013 - 2013/0253(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Elisa Ferreira (A7-0478/2013)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2013)0452 - C7-0197/2013 - 2013/0220(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: József Szájer (A7-0480/2013)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment (COM(2012)0744 - C7-0413/2012 - 2012/0360(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Klaus-Heiner Lehne (A7-0481/2013)

Avviż legali - Politika tal-privatezza