10. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-000016/2014) imressqa minn Brian Simpson, f'isem il-Kumitat TRAN, lill-Kummissjoni: NAIADES II - programm ta' azzjoni għall-appoġġ tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (2013/3002(RSP)) (B7-0104/2014);
- (O-000022/2014) imressqa minn George Sabin Cutaş, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: Fehmiet ta kooperazzjoni tal-UE dwar l-infurzar tal-politika ta' kompetizzjoni - it-triq 'il quddiem (2013/2921(RSP)) (B7-0105/2014);
- (O-000029/2014) imressqa minn Mikael Gustafsson, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kummissjoni: Lejn l-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili (2014/2511(RSP)) (B7-0106/2014).