Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 3 ta' Frar 2014 - Strasburgu

12. Ordni tal-ħidma

Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Frar I 2014 (PE 527.823/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Il-Ħamis

Wara konsultazzjonijiet mal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-emendi li ġejjin fl-aġenda tal-ħamis filgħodu:

Is-seduta se tibda fit-8:30 minflok fid-9:00.

Mit-8:30 sal-11:00:

- Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000029/2014): Lejn l-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili (2014/2511(RSP)) (B7-0106/2014)

- Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000016/2014): NAIADES II - programm ta' azzjoni għall-appoġġ tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (2013/3002(RSP)) (B7-0104/2014)

Mill-11:00 sa 11:50:

Dibattitu dwar ir-regoli u l-proċeduri uniformi għar-Riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek, b'interventi mill-kelliema tal-gruppi politiċi.

Dawn l-emendi fl-aġenda tal-Ħamis filgħodu ġew approvati.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza