Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 92/58/KEE, 92/85/KEE, 94/33/KE, 98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex jiġu allinjati mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet [COM(2013)0102 – C7-0047/2013 - 2013/0062(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Sari Essayah (A7-0319/2013)
Sari Essayah ippreżentat ir-rapport.
Intervent ta': László Andor (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Ole Christensen f'isem il-Grupp S&D, Marian Harkin f'isem il-Grupp ALDE, u Inês Cristina Zuber f'isem il-Grupp GUE/NGL.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Rareş-Lucian Niculescu, Josefa Andrés Barea u Elena Băsescu.