Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 24 ta' Frar 2014 - Strasburgu

3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
CRE

Il-President għamel dikjarazzjoni li fiha għamel bilanċ tas-sitwazzjoni attwali fl-Ukraina, u, b'mod partikolari, esprima s-solidarjetà tal-Parlament mal-poplu Ukrain u kkundanna l-episodji reċenti ta' vjolenza fil-pajjiż.

Barra minn hekk, il-President feraħ bil-liberazzjoni ta' Yulia Tymoshenko, bis-saħħa partikolarment tal-bon offiċji ta' Pat Cox, ex President tal-Parlament, u ta' Aleksander Kwaśniewski, ex President tal-Polonja.

Saħaq li l-prijorità issa tmur għall-istabilità u għall-għaqda tal-pajjiż kif ukoll għar-rikonċiljazzzjoni nazzjonali u fakkar li l-Parlament se jittratta s-sitwazzjoni fl-Ukraina nhar l-Erbgħa li ġej, wara l-wasla minn Kiev tad-delegazzjoni ad hoc.

Il-Parlament osserva minuta silenzju b'tifkira tal-vittmi li tilfu ħajjithom fil-ġlieda għad-demokrazija u għal-libertà.

°
° ° °

Il-President għamel imbagħad dikjarazzjoni li fiha esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi tal-inċident traġiku li seħħ 'il barra mix-xtut tal-Indja, fil-Kerala, fil-15 ta' Frar 2012, filwaqt li fakkar ukoll ix-xorti taż-żewġ suldati Taljani armati bl-azzarini Massimiliano Latorre u Salvatore Girone, li ilhom miżmuma mill-awtoritajiet Indjani għal iktar minn sentejn.

Il-President stieden lill-awtoritajiet Indjani japplikaw id-dritt internazzjonali fis-seħħ, tenna l-impenn tal-Italja u tal-Unjoni Ewropea kontra l-piraterija kullimkien fid-dinja u fakkar li r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja għandhom jissejsu fuq il-fiduċja reċiproka, ir-rispett tal-preminenza tad-dritt, id-diplomazija u d-djalogu. Esprima mbagħad is-solidarjetà tiegħu maż-żewġ ċittadini Taljani miżmuma.

Avviż legali - Politika tal-privatezza