7. Azzjonijiet meħuda għal talba għall-ħarsien tal-immunità Parlamentari
It-talba għall-ħarsien tal-immunità u tal-privileġġi tiegħu mressqa minn Gabriele Albertini fl-ambitu ta' proċediment pendenti quddiem it-Tribunal ta' Milan tħabbret waqt is-seduta tad-9 ta' Settembru 2013. Konformement mad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet riferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI (punt 8 tal- Minuti ta' 9.9.2013).
Il-Kumitat JURI eżamina t-talba waqt il-laqgħat tiegħu tal-14 ta' Ottubru 2013, tal-5 ta' Novembru 2013 u tal-10 ta' Frar 2014. B'ittra ddatata l-11 ta' Frar 2014, il-Kumitat imsemmi għarraf ir-rakkomandazzjoni tiegħu li ma jiħux azzjoni fir-rigward tat-talba, fid-dawl tad-deċiżjoni preċedenti tal-Parlament, iddatata il-21 ta' Mejju 2013, li ma jiddefendix l-immunità ta' Gabriele Albertini (punt 6.5 tal- Minuti ta' 21.5.2013).
Il-Parlament qabel ma' tali rakkomandazzjoni.
Konformement mal-Artikolu 7(9) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament informa lill-ex Membru.