Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 24 ta' Frar 2014 - Strasburgu

9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Erkole III) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE (00039/2013/LEX - C7-0038/2014 - 2011/0454(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (00073/2013/LEX - C7-0039/2014 - 2011/0437(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (00074/2013/LEX - C7-0040/2014 - 2011/0438(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 510/2011 bil-għan li jiġu ddefiniti l-modalitajiet biex tintlaħaq il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda (00106/2013/LEX - C7-0041/2014 - 2012/0191(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u l-posta u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (00075/2013/LEX - C7-0042/2014 - 2011/0439(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE (00107/2013/LEX - C7-0043/2014 - 2011/0340(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 92/58/KEE, 92/85/KEE, 94/33/KE, 98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex jiġu allinjati mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (00125/2013/LEX - C7-0055/2014 - 2013/0062(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 827/2004 li jipprojbixxi l-importazzjoni tat-tonn alalunga mill-Atlantiku (Thunnus obesus) li joriġina fil-Bolivja, il-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali, il-Ġeorġja u Sjerra Leone u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1036/2001 (00016/2014/LEX - C7-0056/2014 - 2013/0097(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea, li jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 617/2010 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 (00117/2013/LEX - C7-0057/2014 - 2013/0082(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 fir-rigward tal-inklużjoni tal-Groenlandja fl-implimentazzjoni tal-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process (00136/2013/LEX - C7-0058/2014 - 2013/0198(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (00115/2013/LEX - C7-0061/2014 - 2012/0180(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 260/2012 fir-rigward tal-migrazzjoni lejn trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti mal-Unjoni kollha (00009/2014/LEX - C7-0062/2014 - 2013/0449(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta' ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali (00113/2013/LEX - C7-0063/2014 - 2010/0210(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2008/97, (KE) Nru 779/98 u (KE) Nru 1506/98 fil-qasam ta’ importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħra mit-Turkija, fir-rigward tas-setgħat iddelegati u ta' implimentazzjoni li għandhom jingħataw lill-Kummissjoni (00112/2013/LEX - C7-0064/2014 - 2011/0453(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (Tfassil mill-ġdid) (00054/2013/LEX - C7-0065/2014 - 2011/0357(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (Tfassil mill-ġdid) (00053/2013/LEX - C7-0066/2014 - 2011/0356(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta' sikurezza għal-liftijiet (Tfassil mill-ġdid) (00052/2013/LEX - C7-0067/2014 - 2011/0354(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (Tfassil mill-ġdid) (00050/2013/LEX - C7-0068/2014 - 2011/0352(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (Tfassil mill-ġdid) (00049/2013/LEX - C7-0069/2014 - 2011/0351(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-twettiq tad-disponibbiltà fis-suq ta’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (Tfassil mill-ġdid) (00048/2013/LEX - C7-0070/2014 - 2011/0350(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi ċivili (Tfassil mill-ġdid) (00047/2013/LEX - C7-0071/2014 - 2011/0349(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni u s-setgħat delegati li għandhom jingħataw lill-Kummissjoni (00104/2013/LEX - C7-0072/2014 - 2011/0445(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (00091/2013/LEX - C7-0073/2014 - 2011/0231(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-kejl (Tfassil mill-ġdid) (00051/2013/LEX - C7-0074/2014 - 2011/0353(COD)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza