Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 25 ta' Frar 2014 - Strasburgu

3. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (l-applikazzjoni FEG/2013/008 ES/Tessuti tal-Comunidad Valenciana minn Spanja) (COM(2014)0045 - C7-0019/2014 - 2014/2013(BUD))

irreferut

responsabbli:

BUDG

opinjoni:

EMPL, REGI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (COM(2014)0040 - C7-0023/2014 - 2014/0017(COD))
F'konformità mal-Artikolu 124(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta l-Bank Ċentrali Ewropew.

irreferut

responsabbli:

ECON

opinjoni:

JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri strutturali li jtejbu r-reżiljenza ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-UE (COM(2014)0043 - C7-0024/2014 - 2014/0020(COD))
F'konformità mal-Artikolu 124(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta l-Bank Ċentrali Ewropew.

irreferut

responsabbli:

ECON

opinjoni:

BUDG, ITRE, JURI, LIBE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom (COM(2014)0005 - C7-0032/2014 - 2014/0032(COD))
F'konformità mal-Artikolu 124(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irreferut

responsabbli:

AGRI

opinjoni:

ENVI

- Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE dwar ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni żooteknika (COM(2014)0004 - C7-0033/2014 - 2014/0033(COD))
F'konformità mal-Artikolu 124(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irreferut

responsabbli:

AGRI

opinjoni:

ENVI

- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (COM(2013)0922 - C7-0034/2014 - 2013/0445(NLE))

irreferut

responsabbli:

ITRE

opinjoni:

BUDG, TRAN, REGI

- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 02/2014 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0050/2014 - C7-0035/2014 - 2014/2019(GBD))

irreferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta emendata għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (05602/2014 - C7-0036/2014 - 2011/0183(CNS))

irreferut

responsabbli:

BUDG

opinjoni:

ECON, CONT, REGI

- Proposta emendata għal regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (Tfassil mill-ġdid) (05603/2014 - C7-0037/2014 - 2011/0185(CNS))

irreferut

responsabbli:

BUDG

opinjoni:

JURI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni (05287/2014 - C7-0044/2014 - 2013/0267B(NLE))

irreferut

responsabbli:

AFET

opinjoni:

INTA

- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta' kontaminazzjoni radjoattiva ta' ikel u għalf wara inċident nukleari jew f'kull każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika (COM(2013)0943 - C7-0045/2014 - 2013/0451(NLE))

irreferut

responsabbli:

ENVI

opinjoni:

AGRI, EMPL, ITRE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' materji relatati mar-riammissjoni (05290/2014 - C7-0046/2014 - 2013/0267A(NLE))

irreferut

responsabbli:

LIBE

- Proposta għal regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (05600/2014 - C7-0047/2014 - 2011/0184(APP))

irreferut

responsabbli:

BUDG

opinjoni:

ECON, CONT, REGI

2) mill-kumitati parlamentari, ir-rapport:

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE fir-rigward tal-applikazzjoni tagħha għall-Majott mill-1 ta' Jannar 2014 (COM(2014)0024 - C7-0031/2014 - 2014/0010(CNS)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Danuta Maria Hübner (A7-0144/2014)

Avviż legali - Politika tal-privatezza