Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 26 ta' Frar 2014 - Strasburgu

3. Atti delegati (Artikolu 87a tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:

- Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru ___/__. li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-effett dirett, sostanzjali u prevedibbli tal-kuntratti fl-Unjoni, u biex ma jkunx hemm l-evażjoni ta' regoli jew ta' obbligi (C(2014)00792 - 2014/2581(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 13 ta' Frar 2014

irreferut responsabbli: ECON

- Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 fir-rigward tal-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni (C(2014)00866 – 2014/2593(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: tliet xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 18 ta' Frar 2014

irreferut responsabbli: IMCO

- Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda li t-tip tagħhom diġà ġie approvat fi proċess b'diversi stadji (C(2014)00951 – 2014/2590(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 17 ta' Frar 2014

irreferut responsabbli: ENVI (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura), ITRE (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni li jistabbilixxi deroga mir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'"Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)" fir-rigward tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (C(2014)00954 – 2014/2583(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Frar 2014

irreferut responsabbli: ITRE

- Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni li jistabbilixxi deroga mir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'"Orizzont 2020" - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) fir-rigward tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (C(2014)00967 – 2014/2582(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Frar 2014

irreferut responsabbli: ITRE

- Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni li jistabbilixxi deroga mir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'"Orizzont 2020" - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)" fir-rigward tal-Impriża Konġunta tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika (C(2014)00968 – 2014/2589(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 ta' Frar 2014

irreferut responsabbli: ITRE

- Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni li jistabbilixxi deroga mir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'"Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)" fir-rigward tal-Impriża Konġunta ECSEL (C(2014)00969 2014/2584(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 14 février 2014

irreferut responsabbli: ITRE

- Regolament iddelegat tal-Kummissjoni dwar il-mudell li għandu jintuża fit-tfassil ta' dikjarazzjoni tal-prestazzjoni dwar prodotti tal-bini u li jemenda l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru305/2011 (C(2014)01014 – 2014/2605(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 21 ta' Frar 2014

irreferut responsabbli: IMCO.

Avviż legali - Politika tal-privatezza