18. Ftehim ta' Sħubija Volontarja UE-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-UE *** - Ftehim ta' Sħubija Volontarju UE-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ fil-prodotti tal-injam lejn l-UE (dibattitu)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea [11767/1/2013 - C7-0344/2013- 2013/0205(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Yannick Jadot (A7-0043/2014)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Ftehim ta' Sħubija Volontarju UE-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ fil-prodotti tal-injam lejn l-UE (2013/2990(RSP))
Yannick Jadot ppreżenta r-rapport.
Janez Potočnik (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Kriton Arsenis (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Elisabeth Köstinger f'isem il-Grupp PPE, David Martin f'isem il-Grupp S&D, Catherine Bearder f'isem il-Grupp ALDE, u Paul Murphy f'isem il-Grupp GUE/NGL.
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Adam Bielan.
Interventi ta': Janez Potočnik u Yannick Jadot.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa, bi qbil mal-Artikolu 110(2), tar-Regoli ta' Proċedura, biex jingħalaq id-dibattitu:
- Yannick Jadot u Vital Moreira, f'isem il-Kumitat INTA, dwar il konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresta, governanza u kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea (2013/2990(RSP)) (B7-0187/2014).