Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom jeħtieġ li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn tali rekwiżit [COM(2013)0853 - C7-0430/2013- 2013/0415(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Tanja Fajon (A7-0104/2014)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000028/2014) imressqa minn Juan Fernando López Aguilar, f'isem il- Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, lill-Kummissjoni: Il-futur tal-politika dwar il-viżi tal-UE (2014/2586(RSP)) (B7-0108/2014)
Tanja Fajon ippreżentat ir-rapport.
Juan Fernando López Aguilar daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Intervent ta': Algirdas Šemeta (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Marian-Jean Marinescu f'isem il-Grupp PPE, Ioan Enciu f'isem il-Grupp S&D, Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE, Tatjana Ždanoka f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nikola Vuljanić f'isem il-Grupp GUE/NGL, Adam Bielan f'isem il-Grupp ECR, Andrew Henry William Brons Membru mhux affiljat, Mariya Gabriel, Tonino Picula, Louis Michel, Jan Zahradil, Jaroslav Paška, Andreas Mölzer, Agustín Díaz de Mera García Consuegra u Monica Luisa Macovei.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Dubravka Šuica, Iosif Matula u Andrej Plenković.
Interventi ta': Algirdas Šemeta u Tanja Fajon.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
- Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Juan Fernando López Aguilar, Louis Michel, Janusz Wojciechowski u Tatjana Ždanoka, f'isem il- Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, dwar il-futur tal-politika dwar il-viżi tal-UE (2014/2586(RSP)) (B7-0194/2014).