Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 61(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li kien irċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta’ titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari (17612/1/2013 - C7-0059/2014 - 2005/0214(COD)) irreferut responsabbli: EMPL
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d- Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (17695/1/2013 - C7-0060/2014 - 2011/0409(COD)) irreferut responsabbli: ENVI
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 28 ta' Frar 2014.