Rapport interim dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew [COM(2013)0534 - 2013/0255(APP)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Salvatore Iacolino (A7-0141/2014)
Salvatore Iacolino ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Ingeborg Gräßle (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT), Evelyn Regner (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Monika Hohlmeier f'isem il-Grupp PPE, Birgit Sippel f'isem il-Grupp S&D, Renate Weber f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Zbigniew Ziobro, Jan Philipp Albrecht f'isem il-Grupp Verts/ALE, Rina Ronja Kari f'isem il-Grupp GUE/NGL, Gerard Batten f'isem il-Grupp EFD, Franco Bonanini Membru mhux affiljat, Jan Philipp Albrecht, biex jagħmel mistoqsija "karta blu" lil Rina Ronja Kari, li ma setgħetx tweġibha billi kienet ħarġet mill-emiċiklu, Axel Voss, Juan Fernando López Aguilar, Slavi Binev, Marco Scurria, Salvatore Caronna, Anna Maria Corazza Bildt, Bogusław Liberadzki u James Nicholson.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Davor Ivo Stier, Ruža Tomašić, Zbigniew Ziobro, Dimitar Stoyanov u Dubravka Šuica.
Interventi ta': Viviane Reding u Salvatore Iacolino.