Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 2 ta' April 2014 - Brussell

14. Ordni tal-ħidma

Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji April I 2014 (PE 529.496/PDOJ) tqassam.

B'segwitu għal konsultazzjonijiet mal-gruppi politiċi, il-President ippropona dawn il-modifiki għall-Aġenda (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):

L-Erbgħa

Id-diskussjoni konġunta dwar il-politika barranija u ta' sigurtà komuni (punti 47 u 48 tal-PDOJ) ġiet posposta għall-Ħamis filgħodu u sostitwita mid-dibattitu dwar ir-rapport Glenis Willmott (A7-0208/2013) dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (punt 64 tal-PDOJ), segwita mid-diskussjoni konġunta dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi (punti 18, 38 u 42 tal-PDOJ).

Ir-rakkomandazzjoni María Muñiz De Urquiza dwar l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar l-Iran (punt 70 tal-PDOJ) tneħħietmill-aġenda. Id-dibattitu dwar id-Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fl-Iran ġie pospost għall-Ħamis filgħodu wara d-diskussjoni konġunta dwar il-politika barranija u ta' sigurtà komuni. Id-dibattitu dwar din id-dikjarazzjoni se jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat AFET.

°
° ° °

Il-punti li ġejjin iddaħħlu fil-Ħin tal-Votazzjonijiet tal-Erbgħa:

- ir-rapport Glenis Willmott (A7-0208/2013) dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem;

- ir-rapport Mojca Kleva Kekuš (A7-0243/2014) dwar il-kumpaniji prinċipali;

°
° ° °

Il-punti li ġejjin tneħħew mill-Ħin tal-Votazzjonijiet tal-Erbgħa:

- iż-żewġ rapporti Sajjad Karim (A7-0177/2013 et A7-0171/2013) dwar l-awditjar statutorju tal-kontijiet u r-rapport Arnaud Danjean (A7-0138/2014) ġew posposti għall-Ħin tal-Votazzjonijiet tal-Ħamis;

- ir-rapport Salvador Garriga Polledo dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2015 u r-rapport Daniel Caspary (A7-0454/2013) tneħħew mill-Aġenda.

°
° ° °

Ir-rakkomandazzjoni Oomen-Ruijten (A7-0188/2014) dwar iż-żieda tal-mobilità tal-ħaddiema tneħħiet mill-Aġenda u ġiet sostitwita mir-rapport Paweł Zalewski (A7-0238/2014) dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina.

Il-Ħamis

Il-punti li ġejjin iddaħħlu fl-Aġenda tal-Ħamis filgħodu:

- id-diskussjoni konġunta dwar il-politika barranija u ta' sigurtà komuni;

- id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni dwar is-sitwazzjoni fl-Iran.

- ir-rapport Christofer Fjellner (A7-0236/2014) dwar l-oġġetti b'użu doppju.

°
° ° °

Il-votazzjonijiet dwar ir-rapporti Pilar del Castillo Vera (A7-0190/2014) u Marita Ulvskog (A7-0365/2013) baqgħu fil-Ħin tal-Votazzjonijiet tal-Ħamis.

°
° ° °

Il-Parlament approva l-bidliet

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza