Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fid-dawl tal-implimentazzjoni sal-2020 ta' ftehim internazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq għal emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali [COM(2013)0722 - C7-0374/2013 - 2013/0344(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Peter Liese (A7-0079/2014)
Interventi ta': Eija-Riitta Korhola (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Petri Sarvamaa f'isem il-Grupp PPE, Matthias Groote f'isem il-Grupp S&D, Chris Davies f'isem il-Grupp ALDE, Satu Hassi f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jacqueline Foster f'isem il-Grupp ECR, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Chris Davies, Andreas Schwab, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Matthias Groote, Judith A. Merkies, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Marino Baldini, u Holger Krahmer.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Silvia-Adriana Ţicău, Gerben-Jan Gerbrandy u Bas Eickhout.