Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard [COM(2013)0550 - C7-0241/2013- 2013/0265(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Pablo Zalba Bidegain (A7-0167/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
Pablo Zalba Bidegain (rapporteur) ippropona l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva l-proposta. Għaldaqstant hu meqjus li l-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat kompetenti biex tiġi eżaminata mill-ġdid.