Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew [COM(2013)0570 - C7-0274/2013 - 2013/2196(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Cătălin Sorin Ivan (A7-0246/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)
Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
Interventi ta'::
Ingeborg Gräßle, biex topponi d-deċiżjoni tal-President li jiddikjara l-paragrafu 47 inammissibbli skont l-Artikolu 20 tar-Regoli ta' Proċedura (Il-President għamel xi preċiżjonijiet rigward l-Artikolu 20 tar-Regoli ta' Proċedura ), Bart Staes (f'isem Michael Theurer, President tal-Kumitat CONT), ukoll biex jopponi din id-deċiżjoni (Il-President iddikjara li d-deċiżjoni tal-President hi stabbilita);
Edward McMillan-Scott;
Hans-Peter Mayer, biex jitlob il-posponiment tal-votazzjoni finali għas-sessjoni parzjali li jmiss, Bart Staes, biex jappoġġa t-talba, u Jens Geier, kontra t-talba. Permezz ta' VE (431 favur, 154 kontra, 13-il astensjoni) il-Parlament approva t-talba;