Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
7.1. Reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju [18086/1/2013 - C7-0093/2014 - 2011/0310(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Christofer Fjellner (A7-0236/2014)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
7.2. L-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra (emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali) ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fid-dawl tal-implimentazzjoni sal-2020 ta' ftehim internazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq għal emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali [COM(2013)0722 - C7-0374/2013 - 2013/0344(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Peter Liese (A7-0079/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
7.3. It-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard [COM(2013)0550 - C7-0241/2013- 2013/0265(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Pablo Zalba Bidegain (A7-0167/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
Pablo Zalba Bidegain (rapporteur) ippropona l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva l-proposta. Għaldaqstant hu meqjus li l-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat kompetenti biex tiġi eżaminata mill-ġdid.
7.4. Servizzi ta' ħlas fis-suq intern ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE [COM(2013)0547 - C7-0230/2013 - 2013/0264(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Diogo Feio (A7-0169/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
Diogo Feio (rapporteur) ippropona l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva l-proposta. Għaldaqstant hu meqjus li l-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat kompetenti biex tiġi eżaminata mill-ġdid.
7.5. Suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula miżuri li jikkonċernaw is-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE, 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 [COM(2013)0627 - C7-0267/2013 - 2013/0309(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Pilar del Castillo Vera (A7-0190/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
Pilar del Castillo Vera (rapporteur), wara l-votazzjoni.
7.6. Identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern [COM(2012)0238 - C7-0133/2012 - 2012/0146(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Marita Ulvskog (A7-0365/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
7.7. Awditjar statutorju tal-entitajiet ta' interess pubbliku ***I (votazzjoni)
Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi rigward l-awditjar statutorju tal-entitajiet ta' interess pubbliku [COM(2011)0779 - C7-0470/2011 - 2011/0359(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Sajjad Karim (A7-0177/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
7.8. Il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati [COM(2011)0778 - C7-0461/2011 - 2011/0389(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Sajjad Karim (A7-0171/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)
7.9. It-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukraina [COM(2014)0166 - C7-0103/2014 - 2014/0090(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Paweł Zalewski (A7-0238/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)
7.11. Kwittanza 2012: Il-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji eżekuttivi (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi [COM(2013)0570 - C7-0273/2013 - 2013/2195(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Markus Pieper (A7-0242/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)
Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
7.12. Rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni 2012 (votazzjoni)
Rapport dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni 2012 [2013/2260(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Markus Pieper (A7-0222/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)
Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
Interventi
Markus Pieper (rapporteur) biex iressaq żewġ emendi orali għall-paragrafi 283 u 284 rispettivament, li nżammu.
7.13. Kwittanza 2012: Il-Parlament Ewropew (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew [COM(2013)0570 - C7-0274/2013 - 2013/2196(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Cătălin Sorin Ivan (A7-0246/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)
Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
Interventi ta'::
Ingeborg Gräßle, biex topponi d-deċiżjoni tal-President li jiddikjara l-paragrafu 47 inammissibbli skont l-Artikolu 20 tar-Regoli ta' Proċedura (Il-President għamel xi preċiżjonijiet rigward l-Artikolu 20 tar-Regoli ta' Proċedura ), Bart Staes (f'isem Michael Theurer, President tal-Kumitat CONT), ukoll biex jopponi din id-deċiżjoni (Il-President iddikjara li d-deċiżjoni tal-President hi stabbilita);
Edward McMillan-Scott;
Hans-Peter Mayer, biex jitlob il-posponiment tal-votazzjoni finali għas-sessjoni parzjali li jmiss, Bart Staes, biex jappoġġa t-talba, u Jens Geier, kontra t-talba. Permezz ta' VE (431 favur, 154 kontra, 13-il astensjoni) il-Parlament approva t-talba;
Lucas Hartong.
7.14. Kwittanza 2012: It-8, id-9 u l-10 Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tat-tmien, tad-disa' u tal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2012 [COM(2013)0541 - C7-0283/2013 - 2013/2206(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Jan Mulder (A7-0176/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)
Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
7.15. Kwittanza 2012: Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill [COM(2013)0570 - C7-0275/2013 - 2013/2197(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Bogusław Sonik (A7-0189/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)
Il-kwittanza ġiet aġġornata u l-għeluq tal-kontijiet ġie pospost (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
7.16. Kwittanza 2012: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna [COM(2013)0570 - C7-0282/2013 - 2013/2205(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Tamás Deutsch (A7-0199/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja [COM(2013)0570 - C7-0276/2013 - 2013/2199(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Tamás Deutsch (A7-0213/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri [COM(2013)0570 - C7-0277/2013 - 2013/2200(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Tamás Deutsch (A7-0212/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 18)
Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
7.19. Kwittanza 2012: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [COM(2013)0570 - C7-0278/2013 - 2013/2201(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Bogusław Sonik (A7-0218/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 19)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni [COM(2013)0570 - C7-0279/2013 - 2013/2202(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Bogusław Sonik (A7-0226/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 20)
Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
7.21. Kwittanza 2012: L-Ombudsman Ewropew (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew [COM(2013)0570 - C7-0280/2013 - 2013/2203(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Bogusław Sonik (A7-0225/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 21)
Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
7.22. Kwittanza 2012: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data [COM(2013)0570 - C7-0281/2013 - 2013/2204(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Bogusław Sonik (A7-0228/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 22)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll [2013/2256(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Petri Sarvamaa (A7-0237/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 23)
Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
7.30. Kwittanza 2012: L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2012 [COM(2013)0570 - C7-0333/2013 - 2013/2245(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Petri Sarvamaa (A7-0187/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 30)
Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
7.38. Kwittanza 2012: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2012 [COM(2013)0570 - C7-0326/2013 - 2013/2238(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Petri Sarvamaa (A7-0232/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 38)
Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
7.41. Kwittanza 2012: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2012 [COM(2013)0570 - C7-0289/2013 - 2013/2211(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Petri Sarvamaa (A7-0185/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 41)
Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
7.43. Kwittanza 2012: L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2012 [COM(2013)0570 - C7-0300/2013 - 2013/2222(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Petri Sarvamaa (A7-0194/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 43)
Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
7.47. Kwittanza 2012: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2012 [COM(2013)0570 - C7-0291/2013 - 2013/2213(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Petri Sarvamaa (A7-0193/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 47)
Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
7.49. Kwittanza 2012: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2012 [COM(2013)0570 - C7-0288/2013 - 2013/2210(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Petri Sarvamaa (A7-0183/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 49)
Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
7.53. Kwittanza 2012: Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 [COM(2013)0570 - C7-0318/2013 - 2013/2230(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Petri Sarvamaa (A7-0181/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 53)
Il-kwittanza ngħatat u l-għeluq tal-kontijiet ġie approvat (ara l-Anness VI, Artikolu 5(1) tar-Regoli ta' Proċedura).
7.60. Kwittanza 2012: L-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2012 [COM(2013)0570 - C7-0335/2013 - 2013/2247(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Paul Rübig (A7-0198/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 60)