Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 14 ta' April 2014 - Strasburgu

2. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President għamel dikjarazzjoni fejn fisser it-tħassib tal-Parlament dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina. Il-Parlament saħaq fuq l-importanza tal-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukraina, u talab lir-Russja tirrispetta l-prinċipji tad-dritt internazzjonali u tirtira t-truppi tat-territorju tal-Ukraina. Il-President ippreċiża li l-Parlament nhar il-Ħamis se jadotta riżoluzzjoni dwar l-Ukraina u se jibgħat missjoni ta' osservazzjoni għall-elezzjonijiet presidenzjali tal-Ukraina, li mistennijin isiru f'Mejju 2014.

°
° ° °

Il-President għamel dikjarazzjoni fl-okkażjoni tal-għoxrin anniversarju mill-ġenoċidju fir-Rwanda.

Avviż legali - Politika tal-privatezza