5. Atti delegati (Artikolu 87(a)(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat EMPL li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (C(2014)1627 – 2014/2676(DEA)) (B7-0273/2014) tħabbret fis-seduta tat-2 ta' April 2014 (punt 5 tal- Minuti ta' 2.4.2014).
Ma saret l-ebda oġġeżżjoni għal din ir-rakkomandazzjoni fl-iskadenza ta' 24 siegħa stabbilita fl-Artikolu(a)(6) tar-Regoli ta' Proċedura.
B'dan, din ir-rakkomandazzjoni tqieset adottata, b'effett mit-3 ta' April 2014 u d-deċiżjoni se tiġi ppubblikata fit-Testi adottatu tas-seduta tal-15 ta' April 2014 (P7_TA(2014)0340).