Billi ma kien hemm l-ebda tressiq għal votazzjoni minn grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru, b'konformità mal-Artikolu 216(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn il-corrigenda tqiesu bħala approvati.
° ° ° °
Il-kumitati kompetenti ressqu l-corrigenda li ġejjin rigward testi approvati mill-Parlament Ewropew:
- Corrigendum (P7_TA-PROV(2013)0492(COR02)) għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni għar-Regolament imsemmi hawn fuq (P7_TA-PROV(2013)0492) (COM(2011)0626 – C7-0339/2011– COM(2012)0535 – C7-0310/2012 – 2011/0281(COD))
- Corrigendum (P7_TA-PROV(2014)0168(COR01)) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tintroduċi reġim semplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali [mill-Bulgarija], mill-Kroazja u Ċipru [u r-Rumanija] ta’ ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew soġġorni intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 895/2006/KE u d-Deċiżjoni Nru 582/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P7_TA-PROV(2014)0168) (COM(2013)0441 – C7-0186/2013 – 2013/0210(COD))
- Corrigendum (P7_TA-PROV(2014)0169(COR01)) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Frar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dak ir-rekwiżit (P7_TA-PROV(2014)0169) (COM(2012)0650 – C7-0371/2012 – 2012/0309(COD))
- Corrigendum (P7_TA-PROV(2014)0024(COR01))għad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L94, 28.3.2014, p.1) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Jannar 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni għad-Direttiva msemmija hawn fuq (P7_TA-PROV(2014)0024)) (COM(2011)0897 – C7-0004/2012 – 2011/0437(COD)).
Il-corrigendahuma disponibbli fuq is-sit Séance en direct għall-perjodu kemm iddum din is-sessjoni parzjali:
Bi qbil mal-Artikolu 216(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn il-corrigendajitqiesu approvati sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mit-tħabbir tagħhom, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarhom.