Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) [COM(2013)0430 - C7-0177/2013 - 2013/0202(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Frédéric Daerden (A7-0072/2014)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 39)
Wara l-votazzjoni, Janusz Lewandowski (Membru tal-Kummissjoni) dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-rapporti Frédéric Daerden (A7-0072/2014), Linda McAvan (A7-0476/2013), Raül Romeva i Rueda (A7-0102/2014), Alain Cadec (A7-0282/2013) u Kinga Gál (A7-0146/2014).