Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Libertajiet tar-reliġjon u diversità kulturali (2014/2690(RSP))
Dimitrios Kourkoulas (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjoni f'isem Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà).
Interventi ta': Marietta Giannakou f'isem il-Grupp PPE, Ana Gomes f'isem il-Grupp S&D, Ewald Stadler Membru mhux affiljat, Cristian Dan Preda, Marusya Lyubcheva, Andrzej Grzyb, Richard Howitt, Alf Svensson, Boris Zala, Bernd Posselt u Seán Kelly.
Intervent ta': Dimitrios Kourkoulas.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Marietta Giannakou, f'isem il-Kumitat AFET, dwar il-politika barranija tal-UE f'dinja ta' differenzi kulturali u reliġjużi (2014/2690(RSP)) (B7-0365/2014).