Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 17 ta' April 2014 - Strasburgu

9. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


9.1. UE-Albanija: Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (adeżjoni tal-Kroazja) *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea [14783/2013 - C7-0075/2014- 2013/0311(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Nikola Vuljanić (A7-0266/2014)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P7_TA(2014)0445)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.


9.2. Arranġament mar-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil [18141/2013 - C7-0107/2014- 2013/0427(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Roberta Metsola (A7-0257/2014)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P7_TA(2014)0446)

Il-Parlament approva l-konklużjoni tal-arranġament.


9.3. Arranġament mal-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil [18116/2013 - C7-0091/2014- 2013/0423(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Roberta Metsola (A7-0168/2014)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P7_TA(2014)0447)

Il-Parlament approva l-konklużjoni tal-arranġament.


9.4. Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil [COM(2013)0462 - C7-0209/2013 - 2013/0214(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Rodi Kratsa-Tsagaropoulou (A7-0211/2014)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P7_TA(2014)0448)

Rodi Kratsa-Tsagaropoulou (rapporteur) ipproponiet il-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva bi qbil mal-Artikolu 57(2), tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni ġiet għalhekk irriferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami.


9.5. L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta ***I (votazzjoni finali)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta [COM(2013)0133 - C7-0065/2013- 2013/0074(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Gesine Meissner (A7-0379/2013)

Id-dibattitu sar fid-data 11 ta' Diċembru 2013 (punt 13 tal- Minuti ta' 11.12.2013).

Il-votazzjoni ġiet posposta waqt is-seduta tad-data 12 ta' Diċembru 2013 (punt 12.8 tal- Minuti ta' 12.12.2013).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P7_TA(2014)0449)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P7_TA(2014)0449)

Interventi

Carl Schlyter, qabel il-votazzjoni, biex jindika l-iżbalji fit-traduzzjoni Svediża u biex jindika li l-verżjoni Ingliża hija tajba, u Gesine Meissner (rapporteur).


9.6. Estimi tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja 2015 - Taqsima I - Il-Parlament (votazzjoni)

Rapport dwar l-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2015 [2014/2003(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Salvador Garriga Polledo (A7-0277/2014)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P7_TA(2014)0450)


9.7. Il-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea [COM(2013)0404 - C7-0170/2013 - 2013/0185(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Andreas Schwab (A7-0089/2014)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P7_TA(2014)0451)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P7_TA(2014)0451)


9.8. Vjeġġi ta' skart ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi ta' skart [COM(2013)0516 - C7-0217/2013- 2013/0239(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Bart Staes (A7-0069/2014)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P7_TA(2014)0452)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P7_TA(2014)0452)


9.9. Sustanzi psikoattivi ġodda ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq sustanzi psikoattivi ġodda [COM(2013)0619 - C7-0272/2013- 2013/0305(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jacek Protasiewicz (A7-0172/2014)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P7_TA(2014)0453)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P7_TA(2014)0453)


9.10. Atti kriminali u pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi, rigward id-definizzjoni ta' droga [COM(2013)0618 - C7-0271/2013- 2013/0304(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Teresa Jiménez-Becerril Barrio (A7-0173/2014)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P7_TA(2014)0454)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P7_TA(2014)0454)


9.11. Negozjati tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika UE-Ġappun (votazzjoni)

Rapport li fih ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar in-negozjati dwar ftehim ta' sħubija strateġika UE-Ġappun [2014/2021(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Alojz Peterle (A7-0244/2014)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P7_TA(2014)0455)


9.12. Libertajiet tar-reliġjon u diversità kulturali (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B7-0365/2014

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P7_TA(2014)0456)

Interventi

Nick Griffin, wara l-votazzjoni, għal punt ta' ordni (Il-President, peress li qies li ma kienx punt ta' ordni, ħadlu d-dritt li jitkellem).


9.13. Pressjoni Russa fuq il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u, b'mod partikolari, id-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina (votazzjoni)

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B7-0431/2014, B7-0435/2014, B7-0436/2014, B7-0437/2014, B7-0441/2014 u B7-0444/2014

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

Il-President laqa', f'isem il-Parlament, lil Petro Porochenko, membru tal-Verkhovna Rada tal-Ukraina u kopresident tal-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Ukraina, li ħa postu fil-gallarija uffiċjali.

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI B7-0431/2014

Rifjut

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI B7-0435/2014

Rifjut

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA RC-B7-0436/2014

(flok B7-0436/2014, B7-0437/2014, B7-0441/2014 u B7-0444/2014)

imressqa mill-Membri li ġejjin:

José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Elmar Brok, Mairead McGuinness, Jacek Saryusz-Wolski, Laima Liucija Andrikienė, Roberta Angelilli, Elena Băsescu, Anna Maria Corazza Bildt, Jerzy Buzek, Arnaud Danjean, Mário David, Mariya Gabriel, Michael Gahler, Paweł Zalewski, Gunnar Hökmark, Anna Ibrisagic, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Jan Kozłowski, Krzysztof Lisek, Eduard Kukan, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Monica Luisa Macovei, Nadezhda Neynsky, Ria Oomen-Ruijten, Alojz Peterle, Andrej Plenković, Bernd Posselt, Cristian Dan Preda, György Schöpflin, Salvador Sedó i Alabart, Alf Svensson, Inese Vaidere, Sophie Auconie, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Algirdas Saudargas, Philippe Juvin u Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė f'isem il-Grupp PPE;

Guy Verhofstadt, Johannes Cornelis van Baalen, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Graham Watson, Louis Michel, Sarah Ludford, Kristiina Ojuland, Leonidas Donskis, Gerben-Jan Gerbrandy, Hannu Takkula, Marietje Schaake, Jelko Kacin, Marielle de Sarnez, Robert Rochefort, Alexander Graf Lambsdorff u Adina-Ioana Vălean f'isem il-Grupp ALDE;

Rebecca Harms, Daniel Cohn-Bendit, Ulrike Lunacek, Tarja Cronberg u Werner Schulz f'isem il-Grupp Verts/ALE;

Charles Tannock, Paweł Robert Kowal, Ryszard Antoni Legutko, Ryszard Czarnecki, Marek Henryk Migalski, Valdemar Tomaševski, Tomasz Piotr Poręba, Ruža Tomašić, Roberts Zīle u Adam Bielan f'isem il-Grupp ECR.

Adozzjoni (P7_TA(2014)0457)

(Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B7-0436/2014, B7-0437/2014, B7-0441/2014 u B7-0444/2014 waqgħu.)

Interventi

Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex titlob li l-votazzjoni finali dwar ir-riżoluzzjoni konġunta ssir b'sejħa tal-ismijiet, u, biex jappoġġaw din it-talba, Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE, Hannes Swoboda f'isem il-Grupp S&D, Francesco Enrico Speroni f'isem il-Grupp EFD, u Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR (il-Parlament approva t-talba).

Elmar Brok, biex iressaq emenda orali għall-emenda 2, li ġiet aċċettata.


9.14. Negozjati dwar il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Vjetnam (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni B7-0367/2014

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P7_TA(2014)0458)


9.15. Is-segwitu tal-Kummissjoni tal-konsultazzjoni “Top Ten” tal-SMEs dwar ir-regolamentazzjoni tal-UE (votazzjoni)

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B7-0415/2014 u B7-0434/2014

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI B7-0415/2014

Adozzjoni (P7_TA(2014)0459)

(Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni B7-0434/2014 waqgħet.)

Interventi

Vicky Ford.

Avviż legali - Politika tal-privatezza